Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Illejla tibda l-fażi tal-gruppi

Mil-lejla tibda l-fażi tal-gruppi tat-tieni l-aqwa kompetizzjoni Ewropea tal-futbol, il-UEFA Europa League. Bħalma għamel fl-aħħar staġuni, TVM Sport ser iżomm l-appuntament tiegħu li jxandar logħba diretta minn kull programm ta’ logħob u wara jxandar il-gowls kollha li jkunu ġew skurjati fil-ġurnata fi programm speċjali fuq TVM2.

Illejla ser tixxandar il-logħba minn Old Trafford bejn Manchester United u Astana, li tibda fid-21:00. Astana kienu eliminaw liċ-champions renjanti Maltin, Valletta sabiex waslu sal-fażi tal-gruppi meta fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni għelbu lill-Beltin b’aggregate ta’ 9-1. Il-logħbiet l-oħra tal-lejla ser ikunu maqsuma, 12 li jibdew kmieni filgħaxija, fis-18:55 u tnax oħra li jibdew fid-21:00. Il-programm ta’ logħob tal-lejla huwa dan:

18:55 APOEL – Dudelange

18:55 Basel – Krasnodar

18:55 Cluj – Lazio

18:55 Dynamo Kiev – Malmo

18:55 Eintracht Frankfurt – Arsenal

18:55 Copenhagen – Lugano

18:55 Getafe – Trabzonspor

18:55 LASK Linz – Rosenborg

18:55 PSV – Sporting

18:55 Qarabag – Sevilla

18:55 Rennes – Celtic

18:55 Standard Liege – Guimaraes

21:00 Roma – Basaksehir

21:00 Borussia Moenchengladbach – Wolfsberger

21:00 Espanyol – Ferencvaros

21:00 Porto – Young Boys

21:00 Gent – St Etienne

21:00 Ludogorets – CSKA Moscow

21:00 Partizan – AZ Alkmaar

21:00 Rangers – Feyenoord

21:00 Slovan Bratislava – Besiktas

21:00 Wolfsburg – Oleksandriya

21:00 Wolves – Braga

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Futbol internazzjonali

FC Koln 2   RB Leipzig 4 RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa barra minn darhom għand FC Koln bl-iskor ta’ 4-2. Meta fadal ħames logħbiet għal tmiem il-kampjonat, RB…

Futbol internazzjonali

Futbol fi Spanja: Real Madrid ikkonfermaw li se jkun u qed jilagħbu l-kumplament tal-logħbiet li fadal meta jitkompla l-kampjonat fil-11 ta’ Ġunju fl-Istadium takl-bażi ta’ taħriġ tagħhom fl-Estadio Alfredo di…

Aktar