UEFA Europa League – Jirbħu Everton u Napoli, dro għal Roma u Torino

Mir-rawnd tal-aħħar 32, fl-ewwel leg diversi riżultati interessanti, bit-tieni leg jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla.

Aalborg 1 – 3 Club Brugge

Club Brugge barra minn darhom ħadu rebħa konvinċenti fuq Aalborg bl-iskor ta’ 3-1. Oulare poġġa lil Club Brugge fil-vantaġġ fil-25 minuta, b’Rafaelov jagħmilhom tnejn erba’ minuti wara. Awto-gowl ta’ Petersen mas-siegħa logħob għamilhom 3-0, b’Helenius inaqqas id-distakk mill-ħdax-il metru fil-71 minuta.
Young Boys 1 – 4 Everton

Everton ukoll kellhom lejla tajba fl-Iżvizzera meta rebħu lil Young Boys bl-iskor ta’ 4-1, biex prattikament għandhom sieq ġewwa mal-aħħar sittax. Kienu l-Young Boys li fetħu l-iskor permezz ta’ Hoarau mal-10 minuta, gowl li ġab f’tagħhom lit-Toffees li għamlu l-iskor indaqs fl-24 minuta b’gowl ta’ Lukaku. Erba’ minuti wara Coleman tefa’ lil Everton minn fuq, b’Lukaku jiskorja d-doppjetta fid-39 minuta. Lukaku għaqqad il-hat trick b’gowl fit-58 minuta. L-aħħar nofs siegħa t-Toffees lagħbuha b’10 plejers meta tkeċċa Stones.
Trabzonspor 0 – 4 Napoli

Napoli rebħu 4-0 għand Trabzonspor, fejn prattikament għalqu l-logħba sal-ewwel nofs siegħa. Henrique fetaħ l-iskor wara 6 minuti, Higuain għamilhom tnejn fl-20 minuta u Gabbiadini skorja t-tielet fis-27 minuta. Zapata skorja r-rab’ wieħed fit-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari.
PSV 0 – 1 Zenit

PSV f’darhom megħluba minn Zenit, b’gowl wieħed skurjat minn Hulk fl-64 minuta, b’konfront li għadu wisq ‘il bogħod milli Zenit iserrħu rashom milli jgħaddu mal-aħħar sittax.
Roma 1 – 1 Feyenoord

Diżappunt għal Roma fl-Olimpico meta ħadu biss dro kontra Feyenoord, f’riżultat ta’ 1-1. Roma minn fuq b’gowl ta’ Gervinho fit-22 minuta, ima l-Olandiżi ġabu d-dro fil-55 minuta b’gowl ta’ Kazim-Richards.
Torino 2 – 2 Athletic Club

Diżappunt ukoll għal Torino, meta f’darhom kienu miżmuma fi dro ta’ 2-2 minn Athletic Club. L-Ispanjoli marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Williams wara 9 minuti, imma Lopez ġab id-dro għal Torino fit-18-il minuta. L-istess Lopez tefa’ lit-Taljani fil-vantaġġ fit-42 minuta, imma Gurpegi ġab id-droi għal Athletic Club fit-73 minuta.
Dnipro 2 – 0 Olympiakos

Dnipro rebħu fuq Olympiakos bl-iskor ta’ 2-0, f’riżultat li jista’ jkun importanti ħafna l-ġimgħa d-dieħla. Kankava fetaħ l-iskor fil-50 minuta, b’Rotan jiskorja t-tieni erba’ minuti wara.
Wolfsburg 2 – 0 Sporting

Il-Ġermaniżi ta’ Wolfsburg rebħu 2-0 fuq Sporting, b’żewġ gowls fit-tieni taqsima minn Dost, li skorja fl-46 u fit-63 minuta.

 

Intant bħalissa għaddejjin diversi logħbiet oħra:

 

Ajax – Legia Warsaw

Anderlecht – Dinamo Moscow

Celtic – Inter

Guingamp – Dinamo Kiev

Liverpool – Besiktas

Sevilla – Borussia Moenchengladbach

Tottenham – Fiorentina

Villareal – Red Bull Salzburg

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-kampjonat tal-Peru ġie sospiż ġurnata wara li beda wara li l-partitarji tal-futbol fil-pajjiż naqsu li jobdu r-regolamenti u l-Liġijiet marbuta mal-COVID-19. Il-kampjonat fil-Peru ilu sospiż ħames xhur. Mijiet ta’ partitarji…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-Kamerun li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja se jingħataw dar bħalha kumpens għall-wirjiet kbar li kienu għamlu. Din id-dar kienet imwegħda lil kull plejer…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian ikkonferma li se jitlaq lil Chelsea wara seba’ staġuni. Willian iddeskrieva dawn is-seba’ snin fi Stambford Bridge bħala ‘eċċezzjonali’. Il-plejer ta’ 32 sena kkonferma din l-aħbar fil-profil…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – It-Tieni Leg Barcelona u Bayern Munich għaddew għall-fażi tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2019/20 hekk kif għaddew bl-aggregates kontra Napoli u…

Aktar