Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Jirbħu Lazio, Chelsea u Sevilla

UEFA EUROPA LEAGUE 2018/19 – Partiti li ntlagħbu kmieni fil-ġurnata.

Grupp G

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Rapid Vienna u Villareal.

Spartak Moscow għelbu lil Rangers bi skor ta’ 4-3. Auto goal ta’ Eremenko jiftaħ l-iskor għal Rangers u Melgarejo jġib id-draw sakemm Candeis reġa’ tefa’ lil Rangers fil-vantaġġ. Auto goal ieħor ta’ Goldson jerġa’ jagħmel l-iskor indaqs. Middleton jerġa’ jitfa’ lil Rangers fil-vantaġġ u Luiz Adriano jerġa’ jġib id-draw għar-Russi sakemm Hanni skorja l-gowl tar-rebħa.

Grupp H

Eintracht Frankfurt jegħlbu lil Apollon Limassol barra minn darhom bi skor ta’ 3-2. Jovic, Haller u Gacinovic jiskurjaw għall-Ġermaniżi mentri għaċ-Ċiprijotti jiskorja darbtejn Zelaya, wieħed minnhom minn penalty.

Lazio għelbu lil Marseille f’darhom bi skor ta’ 2-1. Parolo u Correa jiskurjaw għal Lazio mentri Thauvin jiskurja għal Marseille.

Grupp I

Draw ta’ 1-1 bejn Genk u Besiktas. Quaresma jiftaħ l-iskor għat-Torok u Berge iġib id-draw għal Genk.

Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Malmoe u Sarpsborg. Mortensen jiftaħ l-iskor għal Sarpsborg u Antonsson iġib id-draw għal Malmoe.

Grupp J

Sevilla jegħlbu barra minn darhom lil Akhisarspor bi skor ta’ 3-2. Nolito u Muriel jagħti żewġ gowls vantaġġ għall-Ispanjoli, Manu inaqqas id-distakk u Ayik iġib id-draw għal Akhisarspor. Banega jiskurja l-gowl tar-rebħa għal Sevilla minn penalty.

Krasnodar jegħlbu lil Standard Leige bi skor ta’ 2-1. Carcela-Gonzalez jiftaħ l-iskor għall-Belġjani sakemm Suleymanov ġab id-draw għal Krasnodar u Wanderson skurja l-gowl tar-rebħa.

Grupp K

Astana jegħlbu lil Jablonec bi skor ta’ 2-1. Henrique jiftaħ l-iskor għal Astana u auto goal ta’ Maewski jagħmel l-iskor indaqs. Postnikov jiskurja l-gowl tar-rebħa għal Astana.

Dynamo Kiev jegħlbu lil Rennes bi skor ta’ 3-1. Verbic jiftaħ l-iskor għall-Ukreni u Mykolenko u Spahaprenko jkomplu jżidu l-iskor. Siebatcheu skorja l-gowl ta’ Rennes.

Grupp L

Chelsea jirbħu barra minn darhom kontra Bate Borisov b’gowl uniku skurjat minn Giroud.

L-istess jagħmlu Vidi li f’darhom skurjaw l-uniku gowl tal-partita minn Milanov u għelbu lil PAOK.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Lazio ser jilagħbu kontra l-Atalanta fil-finali tal-Coppa Italia, dan wara li tal-aħħar għelbu lill-Fiorentina b’aggregate ta’ 5-4. Wara li fl-ewwel leg kienu spiċċaw fid-draw ta’ 3-3, ilbieraħ Atalanta rnexxilhom joħorġu…

Futbol internazzjonali

Id-difensur Olandiż ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-Professional Footballers’ Association. Dan wara sfida kbira bejnu u l-Ingliż Raheem Sterling ta’ Manchester City. U bħalma jiġri kull…

Futbol internazzjonali

Manchester UTD 0 Manchester City 2 F’Old Trafford, Manchester City reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Ingliż meta rebħu fid-derby kontra Manchester United bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn li huma…

Futbol internazzjonali

F’San Siro, Lazio ħadu rebħa b’gowl uniku kontra l-Milan biex b’hekk għaddew għall-finali tal-Coppa Italia b’aggregate ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-tieni taqsima, eżattament fit-58 minuta meta Immobile għadda pass…

Aktar