Futbol internazzjonali
ARA L-GOALS Lazio, Galatasaray, Leverkusen u Betis jikkwalifikaw għar-Round li jmiss tal-UEFA Europa League

UEFA Europa League

Grupp E
Galatasaray – Marseille 4-2
Torok fil-vantaġġ fit-tnax-il minuta minn Alexandru Cicaldau, tnejn minn auto-goal ta’ Caleta-Car, 3-0 minn Sofiane Feghouli fl-ergħa u sittin minuta.

Marsilja naqsu d-distakk mill-Pollakk Arkadiusz Milik, raba’ goal għat-Torok minn Ryan Babel, qabel id-doppjetta personali f’telfa għat-team tiegħu għall-attakkant Pollakk ex Napoli Arkadiusz Milik.

Lokomotiv Moska – Lazio 0-3
Rebħa kbira 3-0 għal Lazio fir-Russja għand Lokomotiv Moska.
Ciro Immobile b’żewġ penalties għal biancocelesti fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima seba’ minuti ‘l bogħod minn xulxin, 3-0 tal-Ispanjol Pedro.

Fi Grupp Ġ
Bayer Leverkusen – Celtic 3-2
Bayer Leverkusen għelbu lil Celtic 3-2 fil-BayArena, Ġermaniżi kkwalifikati, Skoċċiżi eliminati.

Vantaġġ għal Leverkusen fis-sittax-il minuta minn Robert Andrich, qabel il-mistrieħ draw għall-Iskoċċiżi minn penalty skurjat minn Josip Juranovic, vantaġġ għal Celtic minn Jota fil-ħamsa u ħamsin minuta, lejn tmiem il-partita Leverskusen dawru l-partita u kisbuj r-rebħa b’goals ta’ Robert Andrich u Moussa Diaby.

Real Betis – Ferencvaros 2-0
Betis fil-vantaġġ kmieni minn Cristian Tello, Spanjoli żiedu goal ieħor fit-tnejn u ħamsin minuta minn Sergio Canales.

Grupp Ħ
Dinamo Zagreb – Genk 1-1
Luka Menalo poġġa lill-Kroati fil-vantaġġ, Ike Ugbo ġab id-draw għal Genk qabel il-mistrieħ.

Rapid Vienna – West Ham 0-2
Diġa kwalifikati West Ham rebħu 2-0 għand Rapid Vienna.
Hammers fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ mill-winger Ukren Andriy Yarmolenko, irduppjaw qabel il-mistrieħ minn penalty ta’ Mark Noble.

Miktub minn...
Rodney Vassallo