Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Lazio ordnati jagħlqu sezzjonijiet minn Stadio Olimpico minħabba korijiet razzisti

Il-klabb Taljan ta’ Lazio ġie ordnat jagħlaq erba’ sezzjonijiet ta’ Stadio Olimpico għall-partita li jmiss mill-UEFA Europa League kontra Celtic.

Dan wara li fl-partita kontra Rennes, il-partitarji tal-klabb Taljan kantaw korijiet razzisti lejn il-plejers tatt-tim avversarju.

Fi stqarrija, il-UEFA qalet li l-plejers ta’ Lazio se jkollhom joħorġu b’banner fil-pitch qabel il-partita ntitolat “EqualGame”, logo tal-istess UEFA li kienet għamlet għal kontra r-razziżmu.

Il-klabb kien immultat ukoll 20 elf euro u ngħata sentenza sospiża ta’ partita waħda bil-bibien kompletament magħluqa jekk kemm-il darba jerġa’ jkun hemm korijiet razzisti fi żmien sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-player ta’ Real Madrid Luka Modric ingħata l-unur taż-żarbun tad-deheb għas-sena 2019 waqt ċerimonja li saret il-bieraħ f’Monaco. Il-player Kroat qal li kien kburi li rċieva dan l-unur li ilu…

Futbol internazzjonali

ll-winger tat-tim nazzjonali Ingliz Raheem Sterling tneħħa mill-iskwadra dan wara inċident li seħħ il-bieraħ f’St George’s Park, il-post fejn tiltaqa’ l-iskwadra Ingliża għall-irtir tagħha. Skond rapporti fil-ġurnali Ingliżi Sterling ipprova…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu l-aħħar żewġ kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn kellna l-kwalifikazzjoni ta’ Franza u l-Brazil għas-semifinali. Franza għelbu lil Spanja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1 filwaqt li fil-logħba l-oħra l-Brażil għelbu…

Aktar