Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Magħrufa l-kwartifinalisti kollha

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1)

Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat minn Diaby fil-51 minuta.

 

Sevilla 2   Roma 0

F’logħba b’eliminazzjoni diretta, Sevilla għelbu lil Roma 2-0 b’żewġ gowls fl-ewwwel taqsima biex għaddew għall-fażi li jmiss tal-Europa League. Reguilon fetaħ l-iskor fit-22 minuta u En Nesyri għamilhom 2-0 fl-44 minuta. Fit-tieni taqsima Roma xorta ma setgħux isibu tarf u għal ftit l-iskor ma ġiex 3-0 iżda l-gowl ta’ Kounde fil-74 minuta kien imħassar b’deċiżjoni tal-VAR. Roma spiċċaw anke bi plejer inqas fl-aħħar sekondi tal-konfront meta Mancini tkeċċa b’karta ħamra diretta.

 

Basel 1   Eintracht Frankfurt 0 (agg. 4-0)

Gowl ta’ Frei fit-88 minuta kkonferma r-rebħa għat-tim Żvizzeru ta’ Basel li kompla miexi f’din il-kompetizzjoni. L-aggregate kien ta’ 4-0 wara li Basel kienu anke rebħu l-ewwel leg 3-0.

 

Wolves 1   Olympiacos Piraeus 0 (agg. 2-1)

Fil-Molineux Stadium, penalty ta’ Jimenez fid-9 minuta kien id-differenza bejn Wolves u Olympiacos, bit-tim Ingliż jgħaddi għall-kwartifinali wara li spiċċa b’aggregate ta’ 2-1. Il-Griegi kellhom gowl imħassar fid-29 minuta meta Camara kien aġġudikat li kien f’pożizzjoni t’offside x’ħin skurja u d-draw kien ikkanċellat bil-VAR.

 

Fil-kwartifinali, il-logħbiet ser ikunu hekk:

Shakhtar Donetsk – Basel

Manchester UTD – Copenhagen

Inter – Bayer Leverkusen

Wolves – Sevilla

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Illum, il-midfielder Thiago Alcantara mistenni jkun ippreżentat lill-media bħala l-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd jidher li biddel fehmtu fl-aħħar sigħat sabiex jingħaqad ma’ Jurgen Klopp. F’saga ta’…

Aktar