Futbol internazzjonali
UEFA Europa League – Magħrufa t-timijiet kollha li għaddew mill-gruppi

Tintemm il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League l-Ħamis filgħaxija, biex issa l-24 tim li għamluha għall-fażi li jmiss ikunu jafu kontra min se jilagħbu nhar it-Tnejn li ġew meta jitilgħu l-poloz. Ma’ dawn it-timijiet jingħaqdu wkoll dawk it-timijiet li ġew fit-tielet post tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

GRUPP G

Steaua Bucharest 1  Lugano 2

L-Iżvizzeri ta’ Lugano rebħu l-aħħar logħba ta’ Grupp G barra minn darhom għand Steaua Bucharest bl-iskor ta’ 2-1. Għalkemm ħadu din ir-rebħa, Lugano spiċċaw it-tielet fil-grupp u Steaua għaddew bit-tieni post. L-Iżvizzeri fetħu żewġ goals vantaġġ fl-ewwel nofs siegħa, meta wara 3 minuti Daprela skorja l-goal tal-vantaġġ, u Vecsei skorja t-tieni fit-32 minuta. Mas-siegħa logħob Gnohere skorja l-goal tal-bandiera għal Steaua.

 

Hapoel Beer-Sheva 0   Viktoria Plzeň 2

It-tim ta’ Viktoria Plzeň jirbħu Grupp G meta fl-aħħar logħba kontra Hapoel Beer-Sheva huma rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Hejda skorja l-ewwel goal tal-logħba fit-28 minuta, imbagħad Horava rdoppja fit-83 minuta.

 

Klassifika

Viktoria Plzeň…………………………12

Steaua Bucharest……………………10

Lugano…………………………………..9

Hapoel Beer-Sheva…………………4

 

GRUPP H

Arsenal 6  BATE Borisov 0

Xalata ta’ goals minn Arsenal fl-Emirates Stadium meta għelbu lil BATE Borisov bl-iskor ta’ 6-0. Kien Debuchy li fetaħ l-iskor mal-11-il minuta, b’Walcott jirdoppja mas-37 minuta. Wilshere skorja t-tielet ftit qabel il-mistrieħ u fil-51 minuta Polyakov tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 4-0. Mal-64 minuta Giroud mill-11-il metru skorja l-ħames u fl-74 minuta Elneny skorja s-sitt wieħed għall-Gunners.

 

Crvena Zvezda 1  Cologne 0

Rebħa importanti għal Crvena Zvezda kontra Cologne, biex b’hekk kienu huma li għaddew minn Grupp H. Il-goal wasal minn Srnic fit-22 minuta.

 

Klassifika

Arsenal………………………..13

Crvena Zvezda……………..9

Cologne……………………….6

BATE Borisov………………5

 

GRUPP I

Vitória Guimaraes 1  Konyaspor 1

Draw bejn Guimaraes u Konyaspor fl-aħħar logħba tal-grupp meta spiċċaw 1-1 u t-tnejn spiċċaw eliminati minn Grupp I. Komyaspor fil-vantaġġ mal-kwarta logħob b’goal ta’ Bourabia, imma Guimaraes ġabu l-goal tad-draw mas-77 minuta permezz ta’ Estupinan.

 

Marseille 0  Salzburg 0

Draw fi Franza bejn Marseille u Salzburg meta spiċċaw 0-0. Dawn iż-żewġ timijiet għamluha għall-fażi li jmiss b’Salzburg jirbħu l-grupp u Marseille jispiċċaw it-tieni.

 

Klassifika

Salzburg……………………….12

Marseille……………………….8

Konyaspor…………………….6

Vitória Guimaraes………….5

 

GRUPP J

Hertha Berlin 1  Östersunds 1

Draw fil-Ġermanja bejn Hertha Berlin u Östersunds bl-iskor ta’ 1-1, biex Östersunds spiċċaw it-tieni fi Grupp J. Il-goals waslu f’temp ta’ tliet minuti, l-ewwel Papgiannopoulos għal Östersunds fit-58 minuta, u Pekarik ġab id-draw għal Hertha Berlin fil-61 minuta. Nouri falla penalty għal Östersunds mas-87 minuta biex falla ċ-ċans li jitfa’ lit-tim tiegħu għal darb’oħra fil-vantaġġ.

 

Zorya 0  Athletic 2

Athletic Bilbao spiċċaw bil-punti daqs Östersunds fil-quċċata ta’ Grupp J wara li huma għelbu lil Zorya bl-iskor ta’ 2-0. Il-goals waslu fit-tieni taqsima, l-ewwel minn Aduriz fis-70 minuta, imbagħad Garcia rdoppja fis-86 minuta.

 

Klassifika

Athletic…………………11

Östersunds……………11

Zorya……………………6

Hertha Berlin………..5

 

GRUPP K

Vitesse 1  Nice 0

Rebħa għall-Olandiżi ta’ Vitesse kontra Nice bl-iskor ta’ 1-0, goal ta’ Castaignos fil-85 minuta. Għalkemm ħadu din ir-rebħa, Vitesse xorta waħda spiċċaw l-aħħar fil-grupp u Nice għaddew bit-tieni post.

 

Zulte Waregem 3  Lazio 2

Il-Belġjani ta’ Zulte Waregem għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 3-2, riżultat li ma sewa għal xejn għaliex Lazio kienu diġa’ rebħu l-grupp filwaqt li Zulte kienu diġa’ eliminati. Zulte Waregem marru fil-vantaġġ b’goal ta’ De Pauw fis-6 minuta, b’Heylen jirdoppja mas-siegħa logħob. Lazio naqqsu d-distakk fis-67 minuta b’goal ta’ Caicedo u rnexxilhom iġibu l-iskor indaqs permezz ta’ Lucas Leiva fis-76 minuta. Imma Zulter Waregem kien fadlilhom aktar goals, għaliex mat-83 minuta Leya skorja l-goal tar-rebħa.

 

Klassifika

Lazio……………………….13

Nice…………………………9

Zulte Waregem…………7

Vitesse…………………….5

 

GRUPP L

Real Sociedad 1  Zenit 3

Zenit baqgħu bla telfa fi Grupp L meta għelbu lil Real Sociedad bl-iskor ta’ 3-1 biex ġabru 16-il punt minn dan il-grupp u rebħuh. Zenit marru minn fuq mal-35 minuta permezz t’Erokhin, imma Willian Jose ġab id-draw fit-58 minuta. Ivanovic imbagħad, fl-64 minuta reġa’ poġġa lir-Russi fil-vantaġġ. Mal-85 minuta Paredes irnexxielu jagħlaq il-logħba meta skorja t-tielet wieħed għal Zenit.

 

Vardar 1  Rosenborg 1

Vardar ħadu l-uniku punt fi Grupp L meta fl-aħħar logħba huma ġew draw ma’ Rosenborg bl-iskor ta’ 1-1. Vantaġġ għal Vardar mad-9 minuta b’goal ta’ Ytalo, b’Bendtner iġib id-draw għal Rosenborg mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima.

 

Klassifika

Zenit…………………………..16

Real Sociedad………………12

Rosenborg…………………..5

Vardar…………………………1

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Zlatan Ibrahimovic, l-ex plejer ta’ Barcelona u llum plejer ta’ Manchester United, qal li fi żmien li kien jilgħab ma’ Barcelona, Pep Guardiola, illum kowċ ta’ Manchester City, kien wera…

Futbol internazzjonali

Il-holders Real Madrid kontra Paris Saint-German, Juventus jiffaċcjaw lil Tottenham, u Chelsea – Barcelona fir-Round tas-16 tal-UEFA Champions League. It-tliet konfronti huma bla dubju l-iktar attraenti li rriżultaw mill-poloz li…

Futbol internazzjonali

Serie A 2017/18 Logħob tal-Ħadd ChievoVerona 0 – 0 Roma SPAL 2013 2 – 2 Hellas Verona SSC Napoli 0 – 0 Fiorentina Udinese 2 – 0 Benevento Sassuolo 2…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2017/18 Logħob tal-Ħadd  Southampton 1 – 1 Arsenal Liverpool 1 – 1 Everton Manchester United 1 – 2 Manchester City

Aktar