Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Manchester United, Inter u Seville jikkwalifikaw

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss.

Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34 minuta. Mc Tominay għamilhom tlieta qabel il-mistrieħ. Fred jiskurja r-raba’ gowl fit-82 minuta u l-ħames gowl fid-90 minuta.

Ajax għelbu lil Getafe bi skor ta’ 2-1 iżda jikkwalifikaw l-Ispanjoli. Getafe fil-vantaġġ minn Mata wara 5 minuti. Ajax iġibu d-draw minn Danilo ħames minuti wara u auto goal ta’ Oliveira jagħti rebħa lil Ajax.

Inter jegħlbu lil Ludogorets u jikkwalifikaw ukoll. Il-Bulgari fil-vantaġġ b’gowl ta’ Souza fis-26 minuta. Biraghi jġib id-draw fit-32 minuta u Lukaku jiskurja għal Inter qabel il-mistrieħ.

Fil-partiti l-oħra, draw ta’ 3-3 bejn Benfica u Shakthar Donetsk li jikkwalifika lit-tim Ukren.

Copenhagen jegħlbu fl-Iskozja lil Celtic bl-iskor ta’ 3-1 u jikkwalifikaw.

Draw ta’ 0-0 bejn Sevilla u Cluj li jikkwalifika lill-Ispanjoli wara r-riżultat ta’ 1-1 fir-Rumanija.

Arsenal sfaw eliminati minn Olympiacos Piraues meta wara li sad-90 minuta l-Griegi kienu 1-0 minn fuq u bl-aggregate l-iskor kien 1-1, il-logħba marret fil-ħin barrani, b’Olympiacos jiskurjaw il-gowl tar-rebħa eżatt qabel is-suffara li kienet ser twassalhom għall-penalties.

Il-partita bejn Salzburg u Eintracht Frankfurt ġiet posposta mill-UEFA minħabba alert ta’ maltemp qawwi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kyle Walker se jkun qed jiffaċċja passi dixxipplinari mill-klabb tiegħu Manchester City wara li kiser il-liġi tad-distanza. Walker inqabad jagħmel festin id-dar tiegħu fil-jiem li għaddew fejn stieden lil sieħbu…

Futbol internazzjonali

L-ex captain tal-Ingilterra Wayne Rooney qal li l-pressjoni li qed jitfa’ l-pubblika fuq il-plejers professjonali biex jaqtgħu mis-salarji tagħhom hi xi ħaġa tal-mistħija. Rooney qal dan f’intervista mas-Sunday Times ta’…

Futbol internazzjonali

Hendrik Almstadt se jinħatar Direttur Tekniku ta’ AC Milan mill-istaġun li ġej. Hu se jkun qed jieħu post l-ex plejer u leġġenda ta’ AC Milan Paolo Maldini. Fil-passat, Hendrik Almstadt…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-kampjonati u l-partiti tat-Tazzi Ewropej iridu jintemmu sat-3 ta’ Awwissu. Ceferin ta din id-data li wisq probabbli se tkun id-data tal-finali tal-UEFA Champions League…

Aktar