Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Maurizio Sarri jitkellem mal-ġurnalisti ġimgħa qabel il-finali

Il-manager ta’ Chelsea Maurizio Sarri qal li l-futur tiegħu huwa nhar l-Erbgħa li ġej waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Stamford Bridge, ġimgħa qabel ma’ Chelsea jilagħbu kontra Arsenal fil-finali tal-UEFA Europa League.

Għalkemm Sarri fadallu sentejn kuntratt mal-Blues, l-ispekulazzjoni qed tkompli tikber li wara l-finali tal-Europa League huwa ser iħalli Stamford Bridge biex imur Turin flimkien ma’ Juventus. Għalkemm matul dan l-istaġun it-Taljan kellu kritika kontinwa, fl-aħħar mill-aħħar xorta wassal lil Chelsea sat-tielet post fil-kampjonat u allura post ċert fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, Sarri kien mistoqsi dwar il-futur tal-Belġjan Eden Hazard u jekk il-finali hijiex ser tkun l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk ta’ Chelsea. Għalkemm bħala manager jixtieq li Hazard jibqa’ f’Londra fl-istaġun li ġej, qal li Chelsea jridu jkunu lesti jekk jiddeċiedi mod ieħor.

Fl-aħħar nett Sarri kkumenta dwar is-6,000 biljett li kull klabb ingħata għal-logħba ta’ bħal-lum ġimgħa. Qal li kien jippreferi li kieku ngħataw 30,000 biljett lil kull tim milli ħafna partitarji ser imorru l-Ażerbajġan mingħajr biljett imbagħad jixtru wieħed biz-zalza tiġihom għola mill-ħuta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League kontra F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Il-poloz ittellgħu llum wara nofsinhar, fil-kwartiera tal-UEFA, f’Nyon, fl-Iżvizzera. Ftit tal-ħin wara, ttellgħu…

Futbol internazzjonali

Michel Platini, l-ex President tal-UEFA, inżamm taħt arrest mill-Pulizija Franċiża, wara allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-mod kif ingħatat it-Tazza tad-Dinja tal-2022, lil Qatar. L-aħbar ta’ Platini ħarġet l-ewwel fis-sit Mediapart u…

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ġappun 0  Ċili 4 Iċ-Ċili fetħu l-impenji tagħhom fil-Copa America bl-aħjar mod possibbli meta fl-ewwel logħba minn Grupp Ċ huma għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 4-0. Pulgar fetaħ l-iskor…

Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Aktar