UEFA Europa League: Mil-lejla jibdew jintlagħbu l-kwartifinali

Inter – Bayer Leverkusen

Inter ser jiltaqgħu kontra Bayer Leverkusen fil-kwartifinali tal-UEFA Europa League, logħba li ser tintlagħab fl-istadium Merkur Spiel-Arena ta’ Dusseldorf, il-Ġermanja.

Dan il-konfront ser ikunu determinanti għal min ser jgħaddi għas-semifinali u żgur li l-attenzjoni ser tintefa’ fuq l-attakkanti taż-żewġ naħat. Fuq naħa hemm Romelu Lukaku, li fit-tlieta mill-aħħar erba’ logħbiet tiegħu dejjem skorja l-ewwel gowl filwaqt li għal Leverkusen hemm Kai Havertz li wkoll skorja fi tliet logħbiet minn erba’ għat-tim tiegħu.

Fil;-logħba tal-lejla li ser tkun ikkontrollata mir-referee Spanjol Del Cerro, Inter ser ikunu mingħajr Vecino li jinsab mweġġa’, filwaqt li Bayer Leverkusen ser ikunu mingħajr Paulinho li wkoll jinsab imweġġa’, Aranguiz jinsab sospiż filwaqt li Amiri jinsab kwarantina.

 

Manchester UTD – Copenhagen

Fil-kwartifinali l-oħra, Manchester United jiltaqgħu kontra Copenhagen fir-RheinEnergieStadion ta’ Cologne. Ir-Red Devils ilhom ma jitilfu f’14-il logħba mill-fażi tan-knockout tal-Europa League, filwaqt li Copenhagen huma l-ewwel tim Daniż li qatt waslu daqshekk f’din il-kompetizzjoni.

L-attenzjoni llejla ser tkun fuq Anthony Martial tal-United li qiegħed ikun wieħed mill-iskorers regolari tat-tim, filwaqt li għal Copenhagen Jonas Wind jista’ jagħmel id-differenza.

F’logħba li ser tkun ikkontrollata mir-referee Franċiż Turpin, Manchester United ser ikunu mingħajr Jones, Shaw u Tuanzebe li kollha jinsabu mweġġa’, filwaqt li Copenhagen għandhom lil Fischer, Sigurdsson u Thomsen imweġġa’ u Santos jinsab sospiż.

 

Iż-żewġ logħbiet ser jibdew fid-21:00.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Aktar