Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Milan u Arsenal jieħdu punt fil-partiti rispettivi tagħhom

UEFA Europa League – partiti tal-Ħamis filgħaxija

Grupp A

Bayern Leverkusen jegħlbu lil Zurich bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jiskurjaħ Jedvaj fis-60 minuta.

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Ludogorets u Larnaca.

Grupp B

Celtic jegħlbu lil Leipzieg bi skor ta’ 2-1. Tierney jiftaħ l-iskor għal Celtic u Augustin iġib id-draw għal Leipzig sakemm Edourd skorja l-gowl tar-rebħa għall-Iskoċċiżi.

Salzburg barra minn darhom jegħlbu lil Rosenberg bi skor ta’ 5-2. Minamino jiskurja darbtejn għal Salzburg u Gulbrandsen jagħmilhom tlieta sakemm Minamino jerġa’ jiskorja għall-Awstrijaċi. Adegbenro jiskurja għal Rosenborg u auto goal ta’ Hovland iżid ieħor għal Salzburg. Jensen jerġa’ jiskurja għal Rosenborg.

Grupp C

Draw ta’ 1-1 bejn Bordeaux u Zenit St Petersburg. Penalty ta’ Kamano tefa’ lil Bordeaux fil-vantaġġ u Zabolotny ġab id-draw għar-Russi.

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Slavia Prague u Copenhagen mill-istess grupp.

Grupp D

Fenerbache jegħlbu lil Anderlecht bi skor ta’ 2-0. Valbuena jiftaħ l-iskor l-iskor għat-Torok u Frey jirdoppja.

Dinamo Zagreb jegħlbu lil Spartak Trnava bi skor ta’ 3-1. Gojak jiftaħ l-iskor għal Dinamo u auto goal ta’ Kadlec jagħmilhom 2-0. Tchanturishvili jiskorja għal Trnava.

Grupp E

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Arsenal u Sporting.

Qarabag jegħlbu barra minn darhom lil Vorkla b’gowl uniku ta’ Abdullayev.

Grupp F

Olympiacos jegħlbu lil Dudelange bi skor ta’ 5-1. Torosidis, Fortounis, Christodoulopus u jerġa Fortounis jiskurjaw l-ewwel erba’ gowls għal Olympiacos sakemm Sinani jiskorja għal Dudelange u Koka jiskurja l-ħames gowl tal-Griegi.

Real Betis u Milan temmew il-partita fi draw ta’ 1-1. Betis fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lo Celso wara 12-il minuta u Suso jġib id-draw fit-62 minuta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Aktar