Uefa Europa League – Rebha importanti ‘away’ għal Juventus

Tibqa ħajja l-ħolma ta’ Juventus li jilgħabu l-finali tal-kompetizzjoni f’darhom stess wara li fl-ewwel leg tal-kwarti finali għelbu barra minn darhom lil Olympic Lyon bl-iskor ta’ 1-0.

Gowl li ddeċieda l-partita favur iċ-ċampjins Taljani lejn it-tmiem eżattament fil-85 minuta mid-difensur Leonardo Bonucci.

Fl-Isvizzera, bil-bibien magħluqa, Basle għelbu lil Valencia bl-iskor ta’ 3-0.

Żewġ gowls ta Matias Emilio Delgado f’temp ta erba minuti wara n-nofs siegħa logħob taw vantaġġ lill-Isvizzeri sa tmiem l-ewwel taqsima, biex lejn it-tmiem, Valentin Stocker isiġġila r-rebħa bit-tielet gowl, u vantaġġ komdu għall-Isvizzeri qabel il-logħba ta’ ritorn fil-Mestalla l-Ħamis li ġej.

U rebħiet identiċi ta’ 1-0 għaż-żewġ ġganti Portugiżi, Porto u Benfica.

F’darhom Porto għelbu lil Sevilla b’gowl ta’ Eliaquim Mangala fl-ewwel taqsima, waqt li gowl kmieni fit-tieni taqsima minn Eduardo Salvio kien biżejjed għal Benfica barra minn darhom għand AZ Alkmaar.

Riżultati :-

O.Lyon – Juventus 0 – 1

AZ – Benfica 0 – 1

Porto – Sevilla 1 – 0

Basle – Valencia 3 – 0

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – It-Tieni Leg Barcelona u Bayern Munich għaddew għall-fażi tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2019/20 hekk kif għaddew bl-aggregates kontra Napoli u…

Futbol internazzjonali

Intant ftit tal-minuti ilu il-Club ikkonferma li ta promozzjoni lill Andrea Pirlo sabiex ikun il-kowċ il-ġdid tat-team. Pirlo ftit tal-jiem ilu kien għadu kif inħatar kowċ ta’ taħt it-23 sena…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Arsenal minn ma’ Chelsea, trasferiment bejn iż-żewġ timijiet ta’ Londra li ftit tal-ġranet ilu ltaqgħu fil-finali tal-FA Cup li kienet mirbuħa…

Aktar