Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Roma, Bayern Leverkusen u Wolfsburg kwalifikati

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57 minuta. Marega skurja l-gowl ta’ Porto fis-57 minuta.

Roma kwalifikati wara draw ta’ 1-1 barra minn darhom kontra Gent. Il-Belġjani fil-vantaġġ b’gowl ta’ David fil-25 minuta. Kluivert iġib id-draw fid-29 minuta.

Fil-partiti l-oħra, Basel kwalifikati wara rebħa oħra kontra Apoel Nicosia bi skor ta’ 1-0.

LASK għelbu għelbu lil Alkmaar bi skor ta’ 2-0.

Wolfsburg rebħu 3-0 u kwalifikaw kontra Malmoe tal-Iżvezja.

Istanbul u Sporting spiċċaw 3-1 favur it-tim Tork u l-partita marret għal ħin barrani.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Brażiljan Diego Carlos se jkun is-sostitut ta’ Kalidou Koulibaly li mistenni jħalli lil Napoli fi tmiem l-istaġun. Carlos għandu 25 sena u fil-preżent jilgħab ma’ Sevilla. Id-difensur Afrikan mistenni…

Futbol internazzjonali

Manchester United huma nteressati fil-plejer Serb ta’ Lazio Sergej Milinkovic-Savic. L-aħbar ħarġet biha l-gazzetta Ingliża ‘The Sun’ u kkonfermawha wkoll diversi siti sportivi fl-Italja. Claudio Lotito, President ta’ lazio se…

Futbol internazzjonali

Wara li Massimo Moratti, ex President ta’ Inter, fil-jiem li għaddew qal li Lionel Messi mal-Inter mhux ħolma pprojbita, il-media sportiva fl-Arġentina, illum ħarġet tirraporta li n-negozjati bejn il-partijiet kollha…

Futbol internazzjonali

L-ex attakkant tal-Ingilterra u ta’ Tottenham Hotspur, Chelsea u West Ham Jimmy Greaves iddaħħal fl-isptar bir-raġuni eżatta għalxiex li għadha mhux magħrufa. Greaves, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1966, kien qed ibati…

Aktar