Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Shakhtar Donetsk u Sevilla fis-semifinali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament.

Shakhtar Donetsk rebħu bl-iskor ta’ 4-1. Sat-22 minuta, kienu diġà żewġ gowls vantaġġ skurjati minn Moraes u Taison. Fit-tieni taqsima, żiedu tnejn oħra skurjati minn penalty ta’ Patrick kwarta mit-tmiem u minn gowl ieħor ta’ Dodo fit-88 minuta. Għal Basel skurja l-gowl tal-bandiera van Wolfswinkel fil-ħin miżjud.

Seville għelbu lil Wolves bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaħ Ocampos żewġ minuti minn tmiem il-partita.

Fis-semifinali Manchester United jilagħbu kontra Sevilla mentri Inter jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar