Futbol lokali
UEFA Europa League: telfa għal Gżira Utd ma’ Hajduk Split fis-Centenary Stadium

GŻIRA UTD        0

HAJDUK SPLIT 2

Telfa b’żewġ goals fl-aħħar taż-żewġ taqsimiet għal Gżira Utd kontra Hajduk Split tal-Kroazja fid-debutt tat-timijiet Maltin fl-istaġun ġdid ta’ kompetizzjonijiet għall-clubs Ewropej.

Il-partita fis-Centenary Stadium mill-ewwel leg tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Europa League kienet ukoll id-debutt uffiċjali fuq il-bank tal-Gżira tal-coach ġdid tagħhom, issa veteran fil-football Malti Giovanni Tedesco: li għażel li jibda b’seba’ barranin fl-ewwel ħdax: b’Amadou Samb li għadu qed jirkupra minn injury serja l-istaġun li għadda, mas-sostituti. Fil-formazzjoni ta’ Hajduk min-naħa l-oħra, l-ex-player ta’ Valletta mill-Gambja Hamza Barry.

Hajduk kienu l-aktar team offensiv fl-ewwel taqsima imma rari ħolqu periklu lil Justin Haber fil-lasti ta’ Gżira: bil-goal tal-vantaġġ jasal minn penalty minuta mill-mistrieħ meta wieħed mid-debuttanti barranin tal-Maroons Ridwaru Adeyemo kien sfortunat li ħabat xutt ma jdejh fil-kaxxa. Sfortunat anke l-goalkeeper Haber li xellef ix-xutt mill-11-il metru ta’ Gyurcso mal-lasta, bir-rebound imur f’saqajn l-istess player li faċilment tefa’ fix-xibka.

L-aħjar ċans tad-draw għal Gżira wasal fil-bidu tat-tieni taqsima meta l-akkwist l-ieħor ġdid mill-Kosta tal-Avorju Hamed Kone irċieva kross fit-tul imma waħdu fil-kaxxa ma rnexxilux jegħleb lill-goalkeeper avversarju Duka.

Fi sħana qawwija l-partita baqgħet tintlagħab b’ritmi mhux għoljin wisq: bi Gżira jaħsbu li ġabu d-draw kwarta mit-tmiem meta Barbosa tefa’ fix-xibka imma l-goal tħassar għal offside: u Kone jkollu tentattiv minn taħt il-lasta mxellef għal corner minn difensur. Sekondi minn tmiem is-sitt minuti mogħtija żejda mir-referree Iżraeljan, il-Kroati rduppjaw: azzjoni ta’ kontrattakk, Dolcek daħal fil-kaxxa u għeleb lil Haber fil-baxx għal riżultat finali ta’ Gżira 0, Hajduk 2. It-tieni leg fi Split tintlagħab il-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football Association ħabbret…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar