Futbol lokali
UEFA Europa League: Telfa kbira għal Valletta fil-Każakstan

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20

It-3 Round ta’ kwalifikazzjoni Leg 1

Astana…….5

Valletta……1

Telfa b’distakk ta’ erba’ goals għall-Valletta li fil-Każakstan ikollhom ibaxxu rashom għas-saħħa u l-veloċita’ impressjonanti ta’ Astana b’dawn tal-aħħar jirbħu 5-1.
Astana daħlu jistrieħu wara l-ewwel taqsima saħansitra b’vantaġġ komdu ta’ 3-0. Wara 8 minuti Astana minn fuq b’goal ta’ Runar Mar Sigurjonsson 1-0. Kwarta logħob u Yuri Logvinenko jagħmilhom 2-0. Fl-20min Ċans tajjeb għall-Valletta permezz ta’ Mario Fontanella bix-xutt tiegħu jgħaddu ftit barra.
Fil-35minuta Marin Tomasov jagħmel l-iskor 3-0. Fl-40min reġa’ kien ċans għall-Beltin li permezz ta’ Fontanella mpenjaw lill-goalkeeper Nenad Eric li salva f’korner.
Fis-57minuta Runar Mar Sigurjonsson jiskorja dopjetta personali u 4-0. Fis-67min Mario Fontanella jnaqqas id-distakk għall-Beltin 4-1 u jagħmel l-iskor iktar rispettabbli iżda kienu Astana li reġgħu skorjaw permezz ta’ Rangelo Janga għal skor finali 5-1. It-Tieni leg jintlgħab fis-Centenary Stadium nhar il-Ħamis.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena sofra telfa kbira fit-tieni partita mill-UEFA Development Tournament li qed isir f’Wales. Illum Malta tilfet bl-iskor ta’ 5-0 kontra Ċipru. It-tim nazzjonali kellu…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Myles Beerman, mil-lum sar plejer ta’ Hibernians FC. Id-difensur iffirma tliet snin kuntratt mal-Pawlisti li se jżommu f’Raħal Ġdid sal-istaġun 2021/22. Beerman kien qed jilgħab fl-Iskozja ma’…

Aktar