Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Tmin timijiet minn pajjiżi differenti fil-kwartifinali

Konfermati t-tmin timijiet li jagħmluha għall-kwartifinali tal-UEFA Europa League meta tard il-Ħamis filgħaxija tliet timijiet oħra ngħaqdu mal-ħamsa ta’ qabilhom biex il-Ġimgħa jkunu fl-urna tal-poloz. It-tmin timijiet huma kollha minn pajjiżi differenti u għalhekk hemm tim minn Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall, l-Ingilterra, ir-Russja u l-Awstrija.

 

Arsenal 3  Milan 1 (agg. 5-1)

Fl-Emirates Stadium Arsenal għamluha għall-kwartifinali meta għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 3-1 wara deċiżjoni pjuttost żbaljata tar-referee fl-ewwel goal tal-Gunners. Milan ħasdu lil Arsenal b’goal fil-35 minuta meta Rodriguez għadda ballun tajjeb lejn Ҫalhanoğlu li b’xutt sabiħ tefa’ fix-xibka għal 1-0. Biss tliet minuti wara, f’deċiżjoni mill-aktar diskutibbli tar-referee, Arsenal ingħataw penalty meta Welbeck waqa’ fil-kaxxa prattikament waħdu imma l-assistent referee għamel sinjal lill-uffiċjal tal-logħba li kien Rodriguez li waqqgħu u allura pponta lejn il-11-il metru minn fejn Welbeck xeħet il-ballun fix-xibka għal 1-1. Fil-71 minuta Arsenal għamlu ċert li se jgħaddu għall-fażi li jmiss meta x-xutt b’saħħtu ta’ Xhaka ra lil Donnarumma jtir minn tulu, itajjar il-ballun li deher idur għal ġox-xibka biex ir-riżultat sar 2-1. Huma komplew jikkonfermaw ir-riżultat fis-86 minuta meta Welbeck għat-tieni darba f’dan il-konfront reġa’ sab ix-xibka u għamilhom 3-1, għal aggregate ta’ 5-1.

 

Lyon 2  CSKA Moscow 3 (agg. 3-3)

Ir-Russi ta’ CSKA Moscow rebħu barra minn darhom għand Lyon bl-iskor ta’ 3-2, biex b’hekk l-aggregate kien dak ta’ 3-3 u CSKA għaddew bir-regola tal-goal away. Kienu CSKA li fetħu l-iskor fid-39 minuta meta Dzagoev qassam lejn Golovin li ppenetra u tefa’ fix-xibka għal 1-0. Il-Franċiżi ġabu d-draw kważi mas-siegħa logħob meta Ferri għadda lejn Cornet li rnexxielu jitfa’ wara l-goalkeeper fix-xibka għal 1-1. Appena kienu għaddew żewġ minuti mill-goal tad-draw ta’ Lyon, li CSKA ma żidux ieħor. Din id-darba kien Nababkin li tefa’ cross mill-isbaħ, b’Musa jikkonkludi għal 2-1. Ir-Russi baqgħu jippressaw u mal-65 minuta Wernbloom sab ix-xibka biex tefagħhom 3-1 minn fuq. Lyon naqqsu d-distakk u daħlu lura fil-logħba fil-71 minuta meta Traoré dendel cross u Diaz mill-viċin għamilhom 3-2.

 

Salzburg 0  Borussia Dortmund 0 (agg. 2-1)

Logħba li prattikament kienet deċiża fl-ewwel leg meta fl-Awstrija t-tim ta’ Salzburg baqgħu draw ta’ 0-0 kontra Borussia Dortmund biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 2-1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Futbol internazzjonali

Heimer Hallgrimsson irriżenja minn kowċ nazzjonali tal-Iżlanda wara 7 snin. Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Iżlanda. Il-kowċ ta’ 51 sena mexxa lit-tim Iżlandiż għall-ewwel tazza tad-dinja fl-istorja tal-pajjiż fejn…

Aktar