Futbol internazzjonali
UEFA Europa League: Torino maħsuda minn Wolves

UEFA Europa League

Rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-gruppi

Torino qed jirriskjaw li jiġu eliminati mill-UEFA Europa League meta b’mod sorprendenti tilfu f’darhom kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2.

Kienet l-iktar partita mistennija f’dan ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni li waslet fi stadju ferm importanti.

Torino ġew maħsuda mit-tim immexxi minn Nuno Espirito Santo tant li sfaw 1-0 minn taħt wara awtogol ta’ Bremer.

Fit-tieni taqsima, Torino naqsu milli jwettqu reazzjoni immedjata u pront qalgħu t-tieni gowl meta Diogo Jota approfitta minn nuqqas fid-difiża avversarja.

Sa fl-aħħar Torino wettqu reazzjoni u skorjaw il-gowl tal-bandiera permezz ta’ Lorenzo De Silvestri fil-61 minuta.

Wolves naqsu milli jimpressjonaw ruħhom u żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Raul Jimenez fit-72 minuta sabiex penalty ta’ Andrea Belotti ħalla ftit tama għal Torino għal-logħba li se tintlagħab fil-Molineux Stadium sebat ijiem oħra.

Sorpriża oħra wettquha Trabzonspor tat-Turkija meta marru Ateni u għelbu lil AEK bl-iskor ta’ 3-1.

F’partiti oħra Eintracht Frankfurt iddiżappuntaw u ġew megħluba minn Strasbourg bl-iskor ta’ 1-0 filwaqt li ż-żewġ timijiet Olandiżi Feyenoord u PSV għelbu bl-istess skor ta’ 3-0 lil Hapoel Beer Sheva u Apollon Limassol rispettivament.

Finalment Celtic kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra AIK filwaqt li Astana, li eliminaw lil Valletta fir-rawnd ta’ qabel, kisbu rebħa impressjonanti ta’ 3-0 kontra BATE Borisov.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Luciano Passirani, il-kummentatur u ġurnalist fuq l-istazzjon Top Calcio 24, tkeċċa minħabba kummenti razzisti li għadda s-Sibt filgħaxija wara l-partita li fiha Inter għelbu lil Udinese bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Bidu xejn feliċi għal Diego Armando Maradona bħala kowċ ta’ Gimnasia y Esgrima wara li fl-ewwel logħba huma tilfu 2-1 f’darhom kontra Racing. Maradona, li ħa lit-tim f’idejh mill-ġimgħa li…

Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Aktar