Futbol lokali
UEFA Europa League: Valletta – Bala Town, diretta fuq TVM2 fit-20.00

Il-partita mill-ewwel rawnd tal-UEFA Europa League bejn bejn Valletta u Bala Town se tixxandar diretta, għada l-Ħamis fit-20.00, fuq TVM2.

Il-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Il-partita se tintlagħab mingħajr partitarji, minħabba regolamenti u ristrezzjonijiet marbuta mal-qasam tas-saħħa minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-kwalifikazzjoni se tkun fuq partita waħda, skont l-aħħar regolamenti ġodda tal-UEFA.

 

Miktub minn...
TVM Sport