
Futsal

UEFA Futsal Champions League: Luxol – Dobovec xandira diretta fuq tvm.com.mt/sport
Is-Sibt fis-6pm iċ-Champions tal-Futsal lokali Luxol jilagħbu logħba importanti ħafna. Logħba mill-Main Round taċ-Champions League tal-Futsal. Luxol għada jaffrontaw lill-Isloveni ta’ Dobovec fil-Kumpless tal-Universita’ ta’ Malta. Il-Logħba se tkun diretta fuq tvm.com.mt/sport.
L-Iskwadra ta’ Luxol hija din: Kenito Rakvaag, Dragan Obradovic, Andy Mangion, Giancarlo Sammut, Mark Zammit (c), Emil Andrei Raducu, Everton Veve, Leanderson Sant’anna, Maicon, Celino Alves, Beto, Marwan Telissi, Gia Nikvashvili, Evandro.

