UEFA Futsal Cup: Balzan b’ħames rumeni, Gabriel Dobre’ fiduċjuż

Polza diffiċli li se tlaqqa’ lil-Balzan fi Grupp F tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Cup kontra Champions Kroati u Daniżi iżda minkejja dan it-team imexxi minn Gabriel Dobre jinsab ottimist li jista’ jikseb riżultati pożittivi fiż-żewġ logħbiet li huma skedati għal ġimgħa d-dieħa f’Zagreb il-Kroazja.

Iċ-Champions renjanti tal-Futsal lokali tilfu s-servizzi ta’ Jovica Milijic , Christian Wismayer, Rennie Tanti, u l-goalkeeper Reuben Grech mill-istaġun li għadda li rahom jissieltu għat-titlu sal-aħħar kontra Hibernians iżda ssaħħu permezz ta’ akkwisti importanti oħra.

Filfatt Balzan irreġistraw magħhom sitt players ġodda fosthom żewġ rumeni speċifikament sabiex ikunu eleġġibbli fil-UEFA Futsal Cup, dawn huma Tony Luliu Safar u Adrian Panzaru bit-tnejn li huma ex nazzjonal mat-team ta’ pajjiżhom. Ma Safar u Panzaru it-team hu kompost minn ħames barranin oħra Andrea Dan, Boycho Marev, Zeljko Anicic, Emil Raducu u l-player coach Gabriel Dobre li fi kliemu bl-aħħar sessjonijiet li jonqos qabel l-impenji uffiċjali it-team se jkun fl-aħjar forma sabiex jaffronta dawn iż-żewġ logħbiet.

L-ewwel logħba ta’ Balzan tkun kontra Alumnus tal-Kroazja u wara kontra d-daniżi ta’ Kobenhaven.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Żwiemel

Il-ġerrejja se jkunu qed isuqu liż-żwiemel lebsien maskra, jekk it-tiġrijiet ikomplu. Dan ħareġ mill-protokolli tal-Awtorità Ingliża tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Jekk il-Gvern Ingliż jagħti l-permess biex it-tiġrijiet taż-żwiemel jitkomplew, l-ewwel laqgħa tal-istaġun…

Motorsport

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra,…

Ċikliżmu

L-Organiżaturi tat-Tour tad-Danimarka kkonfermaw li ħassru t-Tour ta’ din is-sena hekk kif il-Gvern Daniż naqas li jagħti direzzjoni fuq dan l-avveniment. Oriġinalment it-Tour kellu jsir bejn il- 11 u l-15…

Aktar