X

UEFA Futsal EURO 2022: It-tournament ta’ kwalifikazzjoni se jsir f’Malta bejn id-29 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar

Story Published

Malta se tkun qed tilgħab il-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA EURO 2022 Futsal Qualifying Tournament bejn id-29 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar.

Fi Grupp C ma’ Malta hemm il-Greċja, il-Polonja u l-Iżvezja.

Il-partiti kollha se jsiru fl-iskola nazzjonali tal-isport f’Pembroke.

Din l-informazzjoni ngħatat illum wara nofsinhar f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu u li ġiet indirizzata minn Matthew Paris, Viċi President tal-MFA.

Paris qal li dan it-tournament f’pajjiżna se jkun qed iħalli legat u jgħolli l-profil tal-logħba tal-futsal f’Malta.

Matthew Paris irringrazzja lill-iskola nazzjonali tal-isport u lill-ħaddiema kollha tal-koperazzjoni u l-assistenza li se jkunu qed jagħtu biex dan it-tournament ikun ta’ suċċess.

Il-Viċi President tal-MFA tkellem ukoll dwar l-għażla tal-kowċ nazzjonali Zeljko Anicic. L-Avukat Paris qal li Anicic kiseb biżżejjed esperjenza fir-rwol ta’ assistant kowċ u li kien l-aktar persuna adattata għal dan ir-rwol.

Matthew Paris qal ukoll li bħala parti mill-pjan biex jitjieb il-livell tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal, l-MFA se tkun qed tniedi kompetizzjonijiet oħra għal timijiet ta’ taħt id-19-il sena.

Paris qal li l-MFA proponiet biex il-futsal ikun parti mill-programm sportiv għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023 li se jsiru f’Malta.

Fil-konferenza tkellem ukoll Mark Borg li se jkun id-Direttur tat-Tournament.

Borg qal li t-tournament se jintlagħab fuq erbat ijiem, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt, b’żewġ partiti kuljum.

Related Post