Futbol internazzjonali
Magħrufa l-plejers nominati għall-Ballun tad-Deheb 2019

Matul il-ġurnata tat-Tnejn ħarġet il-lista ta’ 30 plejer li għamluha mal-lista finali għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb ta’ din is-sena. Fil-kategorija tal-irġiel, l-akbar numru ta’ plejers jilagħbu fil-Kampjonat Premier Ingliż, filwaqt li fil-kategorija tan-nisa, Lyon ta’ Franza għandhom sitt plejers nominati.

Iċ-ċerimonja tal-Ballun tad-Deheb ser issir f’Pariġi fit-2 ta’ Diċembru, fejn apparti l-unuri lill-aqwa plejer raġel u mara, jingħata wkoll il-premju għall-aqwa żagħżugħ ta’ taħt il-21 sena, kif ukoll il-premju għall-aqwa goalkeeper.

Is-sorpriża f’din il-lista kienet l-ommissjoni tal-Kroat Luka Modric li s-sena li għaddiet għeleb l-isfida ta’ Cristiano Ronaldo u Lionel Messi biex rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Ronaldo u Messi mistennija jkunu mal-aħħar tliet plejers bħas-snin l-imgħoddija, bl-Olandiż Virgil Van Dijk jinsab ukoll b’ċans tajjeb li jirbaħ dan l-unur.

Il-plejers irġiel nominati għall-unur huma:

Ajax – Dusan Tadic u Donny van de Beek
Arsenal – Pierre-Emerick Aubameyang
Atlético Madrid – Joao Felix
Barcelona – Lionel Messi, Frenkie de Jong, Antoine Griezmann u Marc-Andre ter Stegen
Bayern Munich – Robert Lewandowski
Juventus – Cristiano Ronaldo u Matthijs de Ligt
Liverpool – Trent Alexander-Arnold, Alisson Becker, Roberto Firmino, Mohamed Salah, Virgil van Dijk, Sadio Mane u Georginio Wijnaldum
Manchester City – Sergio Aguero, Bernardo Silva, Kevin de Bruyne, Riyad Mahrez u Raheem Sterling
Napoli – Kalidou Koulibaly
PSG – Kylian Mbappe u Marquinhos
Real Madrid – Eden Hazard u Karim Benzema
Tottenham Hotspur – Hugo Lloris u Heung-min Son

 

Il-plejers nisa nominati għall-unur huma:

Arsenal – Vivianne Miedema
Atlético Madrid – Sari van Veenendaal
Barcelona – Lieke Martens
CD Tacon – Kosovare Asllani u Sofia Jakobsson
Chicago Red Stars – Sam Kerr
Lyon – Lucy Bronze, Ada Hegerberg, Dzenifer Marozsan, Sarah Bouhaddi, Wendie Renard u Amandine Henry
Manchester City – Ellen White
Orlando Pride – Alex Morgan u Marta
Portland Thorns – Tobin Heath
Reign FC – Megan Rapinoe
VfL Wolfsburg – Nilla Fischer u Pernille Harder
Washington Spirit – Rose Lavelle

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-player ta’ Real Madrid Luka Modric ingħata l-unur taż-żarbun tad-deheb għas-sena 2019 waqt ċerimonja li saret il-bieraħ f’Monaco. Il-player Kroat qal li kien kburi li rċieva dan l-unur li ilu…

Futbol internazzjonali

ll-winger tat-tim nazzjonali Ingliz Raheem Sterling tneħħa mill-iskwadra dan wara inċident li seħħ il-bieraħ f’St George’s Park, il-post fejn tiltaqa’ l-iskwadra Ingliża għall-irtir tagħha. Skond rapporti fil-ġurnali Ingliżi Sterling ipprova…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu l-aħħar żewġ kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn kellna l-kwalifikazzjoni ta’ Franza u l-Brazil għas-semifinali. Franza għelbu lil Spanja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1 filwaqt li fil-logħba l-oħra l-Brażil għelbu…

Aktar