UEFA Nations League: Draw bejn l-Italja u l-Olanda, id-Daniżi jirbħu f’Wembley

Italja 1   Olanda 1

Draw bejn l-Italja u l-Olanda fi Grupp A tal-UEFA Nations League meta f’Bergamo spiċċaw 1-1. Kienu t-Taljani li marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ Pellegrini, b’Van de Beek iġib id-draw għall-Olanda fil-25 minuta u hekk baqgħu sat-tmiem.

Ingilterra 0   Danimarka 1

Tkeċċija u penalty ikkundizzjonaw il-logħba f’Wembley Stadium meta d-Danimarka ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Fit-32 minuta d-difensur Maguire qala’ t-tieni karta safra u spiċċa mkeċċi, u mill-penalty li segwa, Christian Eriksen tefa’ fix-xibka biex għalaq il-logħba kmieni għad-Daniżi.

 

F’logħbiet oħra minn League A:

Kroazja  1-2  Franza
Iżlanda  1-2  Belġju
Polonja  3-0  Bożnja-Ħerzegovina
Portugall  3-0  Żvezja

League B

Finlandja  1-0  Irlanda
Bulgarija  0-1  Wales
Norveġja  1-0  Irlanda ta’ Fuq
Rumanija  0-1  Awstrija
Russja  0-0  Ungerija
Skozja  1-0  Repubblika Ċeka
Slovakkja  2-3  Iżrael
Turkija  2-2  Serbja

League Ċ

Litwanja  0-0  Albanija
Belarus  2-0  Każakstan
Estonja  1-1  Armenja
Greċja  0-0  Kosovo
Moldova  0-4  Slovenja
Maċedonja ta’ Fuq  1-1  Ġorġja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA