Futbol internazzjonali
UEFA Nations League – Draw għall-Italja u rebħiet għar-Russja, Albanija u Serbja

League A – Grupp 3

Italja 1  Polonja 1

L-Italja jibdew bi draw fi Grupp 3 ta’ League A, meta fl-iStadio Renato Dall’Ara ta’ Bologna, huma ħadu biss punt wara li rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs lejn it-tmiem il-logħba. Il-Polonja fil-vantaġġ fl-40 minuta meta Piotr Zielinski b’xutt mill-ewwel fil-kaxxa spara għal ġewwa biex għamel ir-riżultat 1-0. It-Taljani kellhom jistennew sat-78 minuta sabiex għamlu l-iskor indaqs meta Blaszczykowski waqqa’ avversarju fil-kaxxa u mill-penalty Jorginho tefa’ l-goalkeeper naħa u l-ballun oħra għal riżultat finali ta’ 1-1.

 

League B – Grupp 2

Turkija 1  Russja 2

Friski wara l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018, u wara s-suċċess li għamlu r-Russja f’din il-kompetizzjoni, huma ħarġu rebbiaħ fl-ewwel logħba tal-UEFA Nations League bl-iskor ta’ 2-1 kontra t-Turkija. Kienu r-Russja li sabu x-xibka l-ewwel meta mat-13-il minuta logħob il-cross fil-kaxxa kien imniżżel bir-ras minn Kuzyayev, b’Denis Cheryshev jasal għall-ballun u jitfa’ fix-xibka għal 1-0. It-Turkija pruvaw iwettqu reazzjoni u kellhom jistennew sal-41 minuta sakemm ġabu l-iskor indaqs meta l-ballun wasal għand Serdar Aziz li mir-rebound sab ix-xibka għal 1-1. Kmieni fit-tieni taqsima r-Russja rduppjaw. Kien Gazinskiy li tefa’ pass preċiż fil-kaxxa, Artem Dzyuba b’xutt sabiħ fil-baxx tefa’ fir-rokna għal 2-1.

 

League C – Grupp 1

Albanija 1  Iżrael 0

Goal uniku ta’ Taulant Xhaka fil-55 minuta kien biżżejjed sabiex l-Albanija joħorġu rebbieħa fuq l-Iżrael u jieħdu l-ewwel tliet punti ta’ dan il-grupp.

 

League C – Grupp 4

Litwanja 0  Serbja 1

Barra minn darhom is-Serbja kellhom żewġ penalties, wieħed skurjawh u lieħor le, biex b’hekk ħarġu rebbieħa fuq il-Litwanja bl-iskor ta’ 1-0, fl-ewwel logħba tagħhom fi Grupp 4 ta’ League C. Is-Serbi marru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta Dusan Tadic mill-11-il metru ma żbaljax biex tefa’ fix-xibka għal 1-0. L-istess plejer imbagħad naqas milli jirdoppja fit-83 minuta meta minn penalty ieħor din id-darba falla biex ir-riżultat baqa’ 1-0 favur is-Serbi.

Rumanija 0  Montenegro 0

Draw bejn ir-Rumanija u l-Montenegro ta’ bla goals, avolja l-Montenegrini spiċċaw il-logħba b’inferjorità numerika, imma xorta waħda ħadu punt. Il-Montenegro spiċċaw jilagħbu l-aħħar kwarta b’għaxra min-nies meta Mugosa dabbar it-tieni karta safra u mar kmieni fid-dressing room.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

It-tim ta’ Real Madrid irnexxielhom jaqbżu lil Manchester United fid-Deloitte’s Football Money League, u b’hekk huma l-aktar klabb fid-dinja li jiġġenera flus permezz tat-televixin, kuntratti kummerċjali, kif ukoll dħul finanzjaru…

Futbol internazzjonali

Bil-mod il-mod qiegħda tmut it-tama li l-plejer Emiliano Sala u l-pilota tal-ajruplan li għeb nhar it-Tnejn li għadda billejl, jinstabu ħajjin. Wara ġurnata oħra ta’ tiftix li rriżultat fin-negattiv matul…

Futbol internazzjonali

Barcelona akkwistaw liż-żagħżugħ Olandiż Frenkie de Jong mingħand it-tim t’Ajax għas-somma ta’ €86 miljun. De Jong ser ikun qiegħed jingħaqad mat-tim Katalan fi tmiem dan l-istaġun, bil-plejer ta’ 21 sena…

Futbol internazzjonali

Gonzalo Higuain huwa uffiċjalment plejer ta’ Chelsea wara li lbieraħ filgħaxija sar it-trasferiment tiegħu b’self mingħand it-tim ta’ Juventus sa tmiem l-istaġun. L-Arġentin ta’ 31 sena kellu l-ewwel nofs tal-istaġun…

Aktar