Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: Il-Portugall jirbħu l-ewwel edizzjoni b’rebħa ta’ 1-0 fuq l-Olanda

Portugall 1  Olanda 0

Il-Portugall huma r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League meta fl-Estádio do Dragão ta’ Porto huma rebħu lill-Olanda bl-iskor ta’ 1-0.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ 0-0, mas-siegħa logħob il-Portugiżi marru minn fuq. Kien Goncalo Guedes li wara li rċieva ballun tajjeb venven xutt mid-distanza li kien b’saħħtu wisq għal Cillessen biex itajru u minflok il-ballun spiċċa fix-xibka għal 1-0. Għalkemm l-Olandiżi pruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni, ma rnexxilhomx jinfdu d-difiża Portugiża, biex sad-90 minuta l-iskor baqa’ ma nbidilx u l-Portugall rebħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League.

Eluf ta’ partitarji mhux biss iċċelebraw fil-grawnd imma anke fit-toroq ta’ Porto matul il-lejl kollu, b’dan it-tieni unur f’temp ta’ 3 snin għal pajjiżhom. Il-Portugall kienu rebħu l-Kampjonat Ewropew fl-2016 fi Franza u issa rebħu n-Nations League f’pajjiżhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League Rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-gruppi Torino qed jirriskjaw li jiġu eliminati mill-UEFA Europa League meta b’mod sorprendenti tilfu f’darhom kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2. Kienet l-iktar partita mistennija…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Aktar