Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: Il-Portugall jirbħu fil-Polonja; is-Serbja fil-Montenegro

UEFA Nations League

League A:: group 3
Poland – Portugal 2-3
Il-Polonja fethu l-iskor fit-18 il-minuta hekk kif minn corner ta’ Kurzawa kien Krzysztof Piatek li bir-ras għola fuq kulħadd biex sab ix-xibka.

Fit-33 minuta l-Portugal kisbu l-gowl tad-draw hekk kif Andre Silva tħalla żmarkat fil-kaxxa biex mill-viċin ma’ falliex. Għal Silva dan kien is-seba’ gowl tiegħu fl-aħħar sitt logħbiet internazzjonali tal-Portugal li lgħabu barra minn darhom.

Biex fit-43 minuta l-Portugal fil-vantaġġ meta kien Neves li sab lil Rafa Silva fejn dan dar mal-gowlkeeper bi Glik fit-tentattiv li jikklerja jitfa fil-lasta tat-tim tiegħu stess.

Il-Portugal bdew it-tieni taqsima kif temmew l-ewwel waħda hekk kif fit-52 minuta huma żiedu gowl ieħor minn Bernardo Silva. Fis-77 minuta kien Jakub Blaszczykowski li reġa daħħal lil Polonja fil-partita.

League C::
Israel – Scotland 2-1

Fil-25 minuta penalty għall-Iskozja wara foul ta’ Perez fuq Naismith biex kien Mulgrew li ma’ żbaljax biex poġġa lill-Iskozja fil-vantaġġ. Fit-52 minuta Dor Perez kiseb il-gowl tad-draw għal Iżrael. Biex huma skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-77 minuta minn auto gowl ta’ Kieran Tierney

League C:: group 4
Lithuania – Romania 1-2
Kienu r-Rumanija li fetħu l-iskor wara 13 il-minuta logħob minn Alexandru Chipciu biex mad-disgħin minuta Arturas Zulpa kiseb id-draw drammatiku għal-Litwanja. Iżda r-Rumeni kellhom ħsibijiet oħra hekk kif fil-ħin mogħti żejjed huma kisbu l-gowl tar-rebħa minn Alexandru Maxim

Montenegro – Serbia 0-2
Fid-19 il-minuta Stojkovic waqqa lil Rodic fil-kaxxa biex mill-ħdax il-metru kien Aleksandar Mitrovic li kkonverta. Fil-81 minuta Aleksander Mitrovic irdoppa u ssiġilla r-rebħa għas-Serbi.

League D:: group 3

Faroe Islands – Azerbaijan 0-3
L-Azergajġan fetħu l-iskor fit-28 minuta minn Richard Almeida. Fis-67 minuta l-Ażeri jirduppjaw minn Dimitrij Nazarov biex erba’ minuti mit-tmiem reġa kien Almeida din id-darba minn penalty li għamel l-iskor 3-0.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Stadio Wanda Metropolitano, li fl-1 ta’ Ġunju se jospita l-finali taċ-Champions League, Atletico Madrid għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Neqsin għaċ-champions Taljani l-plejers Juan Cuadrado li ilu barra…

Futbol internazzjonali

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont…

Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Aktar