Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: Illejla jiġi fi tmiemu l-logħob tal-gruppi

Ftit sigħat qabel il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Iżlanda, il-manager Ingliż Gareth Southgate ħeġġeġ lill-midfielder Jack Grealish sabiex jibqa’ jaħdem ħalli jkollu karriera brillanti mat-tim nazzjonali Ingliż. Għalkemm l-Ingliżi ħarġu telliefa kontra l-Belġju l-Ħadd li għadda, Grealish kien il-plejer li ddistingwa ruħu matul id-90 minuta, fl-ewwel logħba li beda mal-Ingilterra. Skont Gareth Southgate, xejn inqas minn rebħa ma jagħti sodisfazzjon lit-tim nazzjonali Ingliż, meta bħalissa jinsab fit-tielet post ta’ Grupp 2 f’League A. Id-diżappunt għall-Ingilterra huwa evidenti meta anke jekk jirbħu lill-Iżlanda, ma jistgħux jispiċċaw l-ewwel u allura ma jistgħux jikkwalifikaw għan-Nations League Finals.

Il-logħob kollu tal-lejla:

League A

20:45  Belġju – Danimarka
20:45  Bożnja-Ħerzegovina – Italja
20:45  Ingilterra – Iżlanda
20:45  Polonja – Olanda

League B

20:45  Awstrija – Norveġja
20:45  Repubblika Ċeka – Slovakkja
20:45  Ungerija – Turkija
20:45  Irlanda – Bulgarija
20:45  Iżrael – Skozja
20:45  Irlanda ta’ Fuq – Rumanija
20:45  Serbja – Russja
20:45  Wales – Finlandja

League Ċ

16:00  Albanija – Belarus
16:00  Każakstan – Litwanja
18:00  Armenja – Maċedonja ta’ Fuq
18:00  Ġorġja – Estonja
20:45  Greċja – Slovenja
20:45  Kosovo – Moldova

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA