Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: Illejla jintlagħbu 20 logħba tal-gruppi

Matul il-ġurnata tat-Tlieta l-Kroati kienu qed jitħarrġu biex illejla jaffaċċjaw lil Franza f’logħba oħra tal-UEFA Nations League. Il-Kroati għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 fuq l-Iżvezja l-Ħadd li għadda, biċ-champions dinjija waslu Zagreb wara draw diżappuntanti kontra l-Portugall. Il-Kroazja qed tfittex it-tieni rebħa fil-grupp sabiex tavvanza fil-klassifika għax preżentament tinsab fit-tielet post bi 3 punti.

L-attakkant Ingliż Harry Kane jista’ jibda l-logħba kontra d-Danimarka, filwaqt li Ben Chilwell u Kieran Trippier m’għadhomx parti mit-tim. L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur ma bediex fil-logħba tal-Ħadd kontra l-Belġju, li l-Ingliżi rebħu 2-1. Il-manager Gareth Southgate qal li jinsab kuntent ħafna li bil-miżuri li qed jittieħdu mill-istaff mediku, l-ebda plejers jew membru ieħor tat-tim ma rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u għalhekk il-preparazzjonijiet ma kenux interrotti.

Il-programm ta’ logħob għal-lejla huwa dan:

League A

20:45 Kroazja – Franza
20:45 Ingilterra – Danimarka
20:45 Iżlanda – Belġju
20:45 Italja – Olanda
20:45 Polonja – Bożnja-Ħerzegovina
20:45 Portugall – Żvezja

League B

18:00 Finlandja – Irlanda
20:45 Bulgarija – Wales
20:45 Norveġja – Irlanda ta’ Fuq
20:45 Rumanija – Awstrija
20:45 Russja – Ungerija
20:45 Skozja – Repubblika Ċeka
20:45 Slovakkja – Iżrael
20:45 Turkija – Serbja

League Ċ

18:00 Litwanja – Albanija
20:45 Belarus – Każakstan
20:45 Estonja – Armenja
20:45 Greċja – Kosovo
20:45 Molodva – Slovenja
20:45 Maċedonja ta’ Fuq – Ġorġja

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA