Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: L-aħħar żewġ logħbiet fil-fażi tal-gruppi

Bejn  għada u nhar it-Tlieta li ġej ser jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet tal-gruppi tal-UEFA Nations League. B’kollox hemm sittax-il league f’din il-kompetizzjoni, u r-rebbieħ ta’ kull grupp ser ikollu post fil-play-offs tal-Euro 2020. Jekk ikun hemm xi tim minn dawn is-sittax li jikkwalifika għall-Euro 2020 mill-fażi tal-gruppi regolari, allura jkun it-tim li spiċċa t-tieni fil-grupp tal-UEFA Nations League li jkollu post fil-play-offs.

Is-sittax-il league fil-UEFA Nations League huma maqsuma f’erba’ gruppi, minn A sa D u r-rebbieħ ta’ kull grupp ser ikollu post ċert fl-Euro 2020. Dan ifisser li anke minn Grupp D, fejn hemm timijiet inqas ikkwotati, ser ikun hemm tim minnhom li ser jikkompeti fil-kompetizzjoni tal-Euro ta’ sentejn oħra.

L-erba’ timijiet li ser jirbħu l-leagues tagħhom fi Grupp A ser jikkompetu bejniethom fis-semifinali tal-UEFA Nations League s-sena d-dieħla, fejn imbagħad issir il-finali u r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni jagħmilha għall-Euro 2020. Fuq in-naħa l-oħra, minn Grupp B ‘l isfel, kull tim li ser jirbaħ il-grupp ser ikun promoss għal grupp ieħor fl-edizzjoni li jmiss, filwaqt li t-timijiet li ser jispiċċaw l-aħħar ser ikunu relegati, minbarra t-timijiet li jispiċċaw l-aħħar fi Grupp D.

Dan ifisser li tim bħall-Ġermanja, jekk kemm-il darba r-riżultati ma jiġux fl-aħħar żewġ logħbiet, jistgħu jispiċċaw relegati, filwaqt li anke l-Ingilterra għadhom mhumiex ċerti jekk jispiċċawx jirbħu l-grupp jew inkella jiġux relegati. Fi Grupp D, il-Lussemburgu u l-Kosovo jidher li huma l-aktar żewġ timijiet li jistgħu jiżguraw posthom għall-play-offs tal-Euro 2020, biss kollox jiddependi mill-aħħar żewġ logħbiet.

It-tim nazzjonali Malti ser jilgħab l-aħħar żewġ logħbiet tiegħu fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, l-ewwel kontra l-Kosovo nhar is-Sibt fis-18:00, imbagħad kontra l-Gżejjer Faroe nhar it-Tlieta fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Hekk kif il-Club tas-Supporters ta’ Milan f’Malta se jkun qed jiċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club, se jkun hawn f’Malta Luca Serafini. Serafini hu ġurnalist taljan li jsegwi mill-viċin lil Milan u…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ital-futbol tan-nisa, ittella fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2021, li se jsiru fl-Ingilterra. Fil-Grupp ta’ Malta, hemm l-Italja, id-Danimarka, il-Bożnija u Herzegovina, l-Iżrael u l-Ġorġja….

Futbol internazzjonali

Illejla tkompli l-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League, bit-tieni leg tar-round tat-32. TVM2 ixandar dirett il-partita minn Stadio San Siro ta’ Milan bejn Inter u Rapid Vienna tal-Awstrija. It-Taljani rebħu l-ewwel leg…

Futbol internazzjonali

Illum ħmistax il-logħba mill-UEFA Europa League fejn jintlaghbu l-logħbiet ta’ ritorn mill-fażi tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League. Dan wara li l-bieraħ Seville sar l-ewwel tim li kkwalifika għar-rawnd li jmiss…

Aktar