BIL-FILMAT: UEFA Nations League, l-iskwadra Maltija tasal Baku
Nhar il-Ħadd Ażerbajġan - Malta

Wara t-telfa ta’ 3-1 il-bieraħ mal-Kosovo fi Pristina f’partita minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League, il-kontinġent tat-team nazzjonali Malti llum wara nofsinhar wasal Baku fejn nhar il-Ħadd issa jmissu jiffaċċja lill-Ażerbajġan.

L-iskwadra waslet l-ajruport internazzjonali Heydar Aliyev ta’ Baku għall-ħabta tas-14:00 ħin lokali (nofsinhar f’Malta) fuq titjira chartered diretta minn Pristina li ħadet madwar tliet sigħat u nofs.

Illejla l-coach Ray Farrugia sejjaħ biss sessjoni qasira ta’ taħriġ għall-players li ma bdewx il-logħba l-bieraħ.

Għada fis-18:oo mbagħad, wara l-konferenza tal-aħbarijet uffiċċjali, is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ fl-Istadium Olimpiku ta’ Baku fejn nhar il-Ħadd fl-istess ħin jintlagħab il-konfront Ażeerbajġan – Malta.

Iż-żewġ timijiet nazzjonali kienu spiċċaw draw ta’ 1-1 meta ltaqgħu f’Ta’ Qali x-xahar li għadda, għall-uniku punt li għandha Malta s’issa fil-kompetizzjoni, b’goal minn penalty skurjat minn Andrei Agius.

Ażerbajġan – Malta nhar il-Ħadd tintwera diretta fuq TVM2 fis-18:00

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Rugby

It-tim nazzjonali Malti tar-rugby, għada jmur l-Iżrael biex jilgħab l-ewwel partita tiegħu minn Group Conference 1 South. Damian Neill, kowċ nazzjonali, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 25 plejer u se jkun…

Table Football

Nhar il-Ħadd li għadda, Bormla Subbuteo Club bil-kollaborazjoni tal-kunsill lokali ta’ Bormla, organiżżaw l-ewwel FISTF Satellite tournament għal dan l-istaġun. Dan it-turnament ġie organiżżat fil-każin tal-banda ta’ San Ġorġ ġewwa…

Futbol internazzjonali

Franza għelbu lill-Ġermanja bi skor ta’ 2-1 f’partita minn League A, Grupp 1. Il-Ġermanja marru fil-vantaġġ minn penalty ta’ Toni Kroos wara 14-il minuta logħob. Franza ġabu d-draw minn Antoine…

Aktar