Futbol internazzjonali
UEFA Nations League – L-Iżvizzera jagħmlu ħerba mill-Iżlanda, rebħiet ukoll għall-Belarus, il-Finlandja u l-Bożnja-Ħerzegovina

Meta għadhom qegħdin jintlagħbu l-logħbiet tal-ewwel ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Nations League, fil-logħob li ntlagħab kmieni s-Sibt waranofsinhar, numru kbir ta’ goals b’mod speċjali fil-logħba bejn l-Iżvizzera u l-Iżlanda fejn b’kollox ġew skurjati sitt gowls, u anke l-Belarus taw ħamsa lil San Marino.

League A – Grupp 2

Żvizzera 6  Iżlanda 0

Telfa kbira għall-Iżlanda barra minn darhom kontra l-Iżvizzera, meta qalgħu sitta bla risposta, f’logħba li niżżlet għal kollox il-moral tal-Iżlandiżi u bdew verament ħażin fil-UEFA Nations League. L-Iżvizzeri rnexxielhom jiskurjaw darbtejn f’temp t’10 minuti, meta mat-13-il minuta kien Steven Zuber li poġġa lil pajjiżu fil-vantaġġ wara li kkontrolla f’tarf il-kaxxa fuq pass ta’ Rodriguez u venven fis-saqaf tax-xibka. 23 minuta u din id-darba kien Schar li għadda ballun lejn Denis Zakaria li f’lasta vojta ma żbaljax biex tefa’ ġewwa għal 2-0. Fit-tieni taqsima l-Iżvizzeri ma naqsux ir-ritmu u fit-53 minuta Xherdan Shaqiri bi ġmiel ta’ freekick għamilhom 3-0. 67 minuta u l-iskor sar 4-0 meta Schar għadda lejn Haris Seferovic li minn tarf il-kaxxa fil-baxx tefa’ fix-xibka. Fil-71 minuta kien Seferovic li din id-darba għadda lejn Albian Ajeti li f’lasta vojta ma żbaljax u għamel ir-riżultat 5-0. Imma dan ma kienx kollox għaliex mat-83 minuta s-sostitut Admir Mehmedi wkoll irnexxielu jiskorja biex għamel l-iskor 6-0.

 

League B – Grupp 3

Irlanda ta’ Fuq 1  Bożnija-Ħerzegovina 2

Il-Bożnija-Ħerzegovina ħarġu rebbieħa barra minn darhom kontra l-Irlanda ta’ Fuq meta rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Kienu huma li sabu x-xibka l-ewwel fis-36 minuta meta Dzeko sab lil Haris Duljevic li bix-xutt fil-baxx tiegħu tefa’ fix-xibka għal 1-0. Il-Bożnijaċi rduppjaw fl-64 minuta meta wara żball ta’ Peacock-Farrell, approfitta Elvis Saric li tefa’ fix-xibka għal 2-0. L-Irlanda ta’ Fuq naqqsu d-distakk fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari meta Boyce għadda lejn Will Grigg li tefa’ fir-rokna għal 2-1.

 

League C – Grupp 2

Finlandja 1  Ungerija 0

Kien goal kmieni li dddeċieda l-konfront bejn il-Finlandja u l-Ungerija, meta l-Finalndiżi rebħu bl-iskor ta’ 1-0, gowl li wasal wara biss 7 minuti Pukki sab ix-xibka u għamilhom 1-0 u hekk baqgħu sat-tmiem.

 

League D – Grupp 2

Belarus 5  San Marino 0

F’logħba pjuttost faċli, il-Belarus ħadu l-ewwel tliet punti meta għelbu lil San Marino bl-iskor ta’ 4-0. Belarus b’vantaġġ ta’ żewġ goals sat-tmiem l-ewwel taqsima, bl-ewwel gowl jasal wara biss 4 minuti meta Stasevich poġġa lil Belarus 1-0 minn fuq. Mas-26 minuta huma żiedu ieħor, din id-darba permezz ta’ Dragun. Belarus baqgħu aħjar u mas-67 minuta żiedu ieħor, din id-darba mill-11-il metru meta Saroka ma żbaljax biex għamel ir-riżultat 3-0. Dragun reġa’ niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers meta fis-87 minuta skorja t-tieni wieħed għalih u r-raba’ għal pajjiżu. 5-0 mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari meta Kovalev ukoll irnexxielu jiskorja għal riżultat finali ta’ 5-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illejla tibda l-ġurnata ta’ qabel tal-aħħar tal-gruppi tal-UEFA Nations League, fejn ser jintlagħbu b’kollox disa’ logħbiet. Il-logħba l-aktar importanti tal-lejla, dik bejn il-Kroazja u Spanja ser tintwera diretta fuq TVMi….

Futbol internazzjonali

Il-Belġjan ta’ Manchester United Marouane Fellaini ddeċieda li jqaxxar xagħru. Fellaini li jagħlaq 31 sena fit-22 ta’ Novembru, iddeċieda li fl-aħħar jeħles mill-qoffa xagħar li kellu u li ħafna kienu…

Futbol internazzjonali

L-ex-captain tal-Ingilterra Wayne Rooney illum tħarreġ mal-iskwadra nazzjonali qabel l-aħħar dehra internazzjonali tiegħu f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Istati Uniti. L-attakkant ta’ 33 sena, l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Ingilterra, se…

Futbol internazzjonali

It-team tal-Premier League Ingliż Fulham keċċa lill-manager Slavisa Jokanovic u ħatar minfloku lil Claudio Ranieri, li kien mexxa lil Leicester għal titlu storiku fl-2016. Fulham qegħdin l-aħħar fil-kampjonat b’ħames punti…

Aktar