Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: L-Ukreni jaħsdu lill-Ispanjoli, il-Ġermaniżi jieħdu biss draw mal-Iżvizzeri

League A

Ukrajna 1   Spanja 0

L-Ukreni jaħsdu lill-Ispanjoli b’gowl kwarta minn tmiem il-logħba biex ħadu rebħa importanti li tellagħthom bil-punti daqs il-Ġermanja. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal minn Tsygankov.

Ġermanja 3   Żvizzera 3

F’Cologne, il-Ġermanja kienu miżmuma draw mill-Iżvizzera f’logħba li kompliet toħroġ in-nuqqasijiet tat-tim Ġermaniż speċjalment fid-difiża. L-Iżvizzeri fetħu żewġ gowls vantaġġ sa qabel in-nofs siegħa logħob, l-ewwel permezz ta’ Gavranovic wara biss 5 minuti, imbagħad Freuler skorja t-tieni fis-26 minuta. Timo Werner naqqas id-distakk għall-Ġermanja fit-28 minuta u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima l-Ġermanja kisbu d-draw permezz ta’ Havertz li sab ix-xibka fil-55 minuta, imma l-Iżvizzeri reġgħu kisbu l-vantaġġ fis-57 minuta bid-doppjetta ta’ Gavranovic. Mas-siegħa logħob Gnabry reġa’ għamel l-iskor indaqs bit-tielet gowl għall-Ġermanja u hekk baqgħu sat-tmiem.

F’logħbiet oħra:

League Ċ

Ażerbajġan  0-0  Ċipru
Montenegro  1-2  Lussemburgu

League D

Latvja  0-1  MALTA
Gżejjer Faroe  2-0  Andorra
Liechtenstein  0-0  San Marino

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA