X

UEFA Nations League – Spanja jegħlbu lill-Ingilterra, u rebħiet għall-Greċja u l-Lussemburgu

Tmien goals skurjati tard is-Sibt filgħaxija meta Spanja għelbu lill-Ingilterra u rebħiet ukoll għall-Greċja u l-Lussemburgu.

League A – Grupp 4

Ingilterra 1  Spanja 2

F’Wembley Stadium l-Ingilterra sofrew l-ewwel telfa fil-UEFA Nations League meta tilfu kontra Spanja bl-iskor ta’ 2-1. L-Ingliżi marru fil-vantaġġ mal-11-il minuta meta Marcus Rashford irċieva ballun sabiħ u waħdu quddiem sieħbu ta’ Manchester United De Gea tefa’ fix-xibka għal 1-0. Reazzjoni immedjata minn Spanja għaliex fit-13-il minuta għamlu l-iskor indaqs meta Rodrigo qassam lejn Saul Niguez li b’xutt bomba sab ix-xibka għal 1-1. Fit-32 minuta Spanja marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ f’dan il-konfront meta Rodrigo skorja biex għamilhom 2-1.

 

League C – Grupp 2

Estonja 0  Greċja 1

Il-gowl ta’ Fortounis mal-kwarta logħob kien biżżejjed sabiex il-Griegi jibdew il-logħbiet fil-grupp b’rebħa meta għelbu 1-0 lill-Estonja.

 

League D – Grupp 2

Lussemburgu 4  Moldova 0

Riżultat pożittiv għal-Lussemburgu meta f’darhom għelbu lil Moldova bl-iskor ta’ 4-0. Il-Lussemburgu stennew sal-34 minuta sabiex fetħu l-iskor meta Malget poġġa lil pajjiżu minn fuq. It-tieni wasal minn Thill mas-siegħa logħob biex ta vantaġġ komdu lil-Lussemburgu. Huma għalqu l-logħba mal-75 minuta meta Sinani skorja t-tielet għal pajjiżu, u fit-83 minuta komplew jikkonfermaw ir-rebħa b’goal ta’ Martins li għamilhom 4-0. Din ir-rebħa kienet importanti għal-Lussemburgu li bdew l-esperjenza fil-UEFA Nations League bl-aħjar mod possibbli.