Futbol lokali
UEFA Nations League: Telfa oħra għal Malta, nibqgħu b’punt wieħed biss

UEFA Nations League

Kosovo…..3

Malta……..1

It-tielet logħba tat-tim Malti fil-UNL intemmet f’telfa bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Kosovo fi Pristina. Logħba diffiċli kontra oppożizzjoni b’saħħitha fejn l-Kosovo ddominaw dan il-konfront għal ħinijiet twal.

L-ewwel ċans tal-logħba wasal mill-Kosovo hekk kif fit-12 il-minuta Zhegrova fajjar xutt li Hogg salva tajjeb. Biex fis-27 minuta Zeneli ttanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li Hogg salva mal-art. Fid-29 minuta kien imiss lil Muriqi li jimpenja lil Hogg li rrisponda tajjeb iżda man-nofs siegħa logħob il-Kosovo fetħu l-iskor. Berisha bi pass preċiz qata lid-difiża Maltija fejn ġab lil Korolli waħdu u dan b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Hogg. Il-Kosovo komplew jippressaw fejn fis-36 minuta Hogg salva fuq Muriqi. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima waslet l-ewwel azzjoni minn Malta b’xutt ċentrali ta’ Mifsud li l-gowlkeeper avversarju salva. Iżda qabel għalqet it-taqsima l-ewwel Zhegrova laqat il-lasta u ftit wara Muriqi falla ċans tad-deheb li jirdoppja għall-Kosovo.

Il-bidu tat-tieni taqsima kien wieħed tajjeb ħafna għal Malta hekk kif fil-51 minuta l-iskor isir 1-1. Kien corner ta’ Failla li sab lil Andre Agius li b’daqqa ta’ ras stupenda skorja r-raba’ gowl tiegħu fl-aħħar ħames partiti mat-tim nazzjonali Malti. Mas-siegħa logħob l-ewwel sostituzzjoni minn Ray Zazu Farrugia b’Roderick Briffa jidħolf flok Paul Fenech.

Ir-reazzjoni tal-Kosovo kienet waħda konfuża fejn fil-61 minuta resqu viċin b’daqqa ta’ ras minn Rrahmani minn azzjoni ta’ corner li Hogg salva. Fl-64 minuta it-tieni sostituzzjoni għat-tim Malti b’Effiong jidħol flok Schembri. Biex minuta wara l-Kosovo sfortunati hekk kif huma laqtu l-lasta għat-tieni darba minn Zhegrova.

Iżda fit-68 minuta l-Kosovo mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl minn Muriqi li dar tajjeb fil-kaxxa u għeleb lil Hogg. Dan kien mument ħażin għat-tim Malti li minuta biss wara spiċċa b’għaxar players hekk kif tkeċċa Michael Mifsud wara li rċieva t-tieni karta safra.

Fit-78 minuta xutt ta’ Rashika ġie mdawwar f’corner minn Hogg. Biex fil-81 minuta l-Kosovo ssiġillaw ir-rebħa b’gowl minn Benjamin Kololli. Sitt minuti mit-tmiem l-aħħar sostituzzjoni għal Malta bi Steve Pisani jieħu post Rowen Muscat.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……4 Tarxien R….0 Floriana, b’zewġ gowls f’kull taqsima, jiksbu rebħa fundamentali għalihom, fuq it-tim ta’ Tarxien. Partita li Floriana kellhom il-kontroll għal ħafna ħin, b’Tarxien li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Senglea A……0 Birkirkara…..2 Birkirkara qabżu temporanjament waħedhom fil-ħames post tal-Kampjonat BOV Premier, b’logħba iktar minn Balzan u Ħamrun Spartans, b’rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Senglea Athletic:…

Futsal

Goals u riżultati mill-aħħar ġurnata tal-kampjonat Malta FA Futsal League 2018/19.

Futbol lokali

IASC Staġun 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Msida Red Stars – Hamrun Liberty 0-2 Mosta Gunners – Floriana Ajax 5-0 Burmarrad AFC – Żejtun Red Stars 1-3 Klassifika: 1. Burmarrad AFC 5 …

Aktar