UEFA Super Cup – Barcelona jirbħu konfront inkredibbli

Barcelona għelbu lil Sevilla 5-4 fil-ħin barrani ta’ konfront inkredibbli għall-Uefa Super Cup biex laħqu r-rekord ta’ ħames suċċessi ta’ Milan fil-kompetizzjoni li tradizzjonalment tiftaħ l-istaġun tal-football tal-clubs Ewropej.

Dan kien it-tielet derby Spanjol fis-Super Cup Ewropeja: li tlaqqa’ r-rebbieħa tal-Uefa Champions League u l-Europa League l-istaġun ta’ qabel. Is-sena l-oħra Sevilla tilfu 2-0 ma’ Real Madrid; wara li fl-2006 kienu għelbu propju lil Barcelona 3-0. Il-vendetta sportiva għal Barcelona waslet fid-disgħa dehra tagħħom f’din il-kompetizzjoni.

Fil-Boris Paichadze Dinamo Arena ta’ Tbilisi, Sevilla forsi ħasbu li resqin lejn sorpriża oħra meta marru minn fuq wara biss 3 minuti minn freekick ta’ Ever Banega.

Iżda Barcelona – jew aħjar Lionel Messi – ħasbuha mod ieħor: għax f’temp ta’ seba’ minuti dawru l-iskor favur tagħhom: id-darbtejn ukoll minn freekick minn tarf il-kaxxa. L-istilla Arġentin l-ewwel għeleb lil Beto fis-7 minuta; qabel irrepeta fl-14-il minuta.

Rafinha skorja minuta minn tmiem l-ewwel taqsima wara azzjoni ta’ Luis Suarez: biex Barcelona daħlu jistrieħu 3-1 minn fuq.

Suarez deher li ssiġilla r-rebħa bir-raba’ goal fit-52 minuta meta tefa’ fix-xibka minn taħt Beto wara li sab ruħu żmarkat għal kollox mill-kross ta’ Messi.

Did-darba iżda kienu Sevilla li ħasbuha differenti għax l-ewwel kien Reyes li naqqas l-iskor ħames minuti wara; u fit-72 minuta Gameiro għeleb lill-goalkeeper ta’ Barcelona ter Stegen minn penalty mogħti għal foul ta’ Mathieu fuq Vitolo. U fil-81 minuta l-goal tad-draw inkredibbli tas-sostitut Konoplyanka f’xibka vojta mill-kross ta’ Ciro Immobile li kien għadu kif daħal għad-debutt tiegħu ma’ Sevilla.

Id-90 minuta spiċċaw 4-4 biex il-partita marret għall-ħin barrani: u dehret anke riesqa għall-penalties: sakemm Pedro skorja l-goal tar-rebħa fil-115-il minuta f’dik li setgħet kient l-aħħar partita tiegħu ma’ Barcelona jekk iseħħ kif mistenni t-trasferiment ma’ Manchester Utd. Sevilla setgħu anke reġgħu ġabu d-draw: imma Rami xeħet għoli minn taħt il-lasta bl-aħħar xutt tal-partita.

Wara r-rebħ tal-Liga, it-Tazza tar-Re, u l-Uefa Champions League, Barcelona jżidu anke s-Super Cup Ewropeja mal-kullana ta’ suċċessi: u jistgħu jagħmluhom sitta minn sitta jekk aktar dax-xahar jegħlbu lil Athletic Bilbao għas-Super Cup Spanjola u f’Diċembru jirbħu anke t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għall-clubs. Barcelona kien diġa’ kellhom dan is-suċċess impressjonanti fl-istaġun 2009 – 2010.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Futbol internazzjonali

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej…

Futbol internazzjonali

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta…

Futbol internazzjonali

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti. L-ewwel trasferiment…

Aktar