Futbol lokali
Uefa Women’s Champions League: It-Tieni telfa għal Birkirkara f’logħba li l-Istripes skorjaw u Xuereb tilqa’ penalty

UEFA WOMEN’S CHAMPIONS LEAGUE

GRUPP 6 TA’ KWAIFIKAZZJONI

BIRKARA FC……..1

OLIMPIA CLUJ…6

Uefa Champions League tan-Nisa: It-Tieni logħba fi grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għaċ-Champions Maltin Birkirkara u t-tieni telfa hekk kif dawn il-bieraħ tilfu bl-iskor ta’ 6-1 kontra Olimpjia Cluj ta-Rumanija. Logħba ta’ żewġ uċuħ għal Birkirkara hekk kif wara li marru goal minn taħt ġabu d-draw permezz ta’ Kimberly Parnis fl-ewwel taqsima. Man-nofs siegħa logħob Cluj kellhom player imkeċċija qabel il-mistrieħ. Il-goalkeeper Janice Xuereb saħansitra laqgħet penalty fit-38 minuta fuq Voicu. Fit-tieni taqsima Birkirkara ramew ix-xugaman u baqgħu isorfu l-goals tal-avversarju għal skor finali ta’ 6-1. Fl-ewwel logħba Birkrikara kienu tilfu 8-0 kontra Kharkiv . L-aħħar logħba ta’ Birkirkara f’dan il-Grupp tkun nhar it-Tnejn kontra Cardiff Met iċ-Champions minn Wales.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Mosta FC għandhom sospiżi żewġ plejers; lil Juri Cisotti u lil Gianluca Cuomo. Plejers oħra li ġew…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Aktar