Futbol internazzjonali
UEL: Draw ta’ erba’ gowls bejn Leicester u Napoli; Lazio jitilfu fit-Turkija

UEFA Europa League: Diversi partiti li ntlagħbu llum mill-ewwel ġurnata tal-fażi tal-gruppi.

Fost il-partiti li ntlagħbu fid-9.00pm, minn Grupp A, draw ta’ mingħajr gowls bejn Brondby u Sparta Prague. Fil-partita l-oħra, Lyon jegħlbu lil Rangers bi skor ta’ 2-0. Il-gowls jaslu minn Ekambi fit-23 minuta u auto goal ta’ Tavarnier fil-55 minuta.

Minn Grupp B, Monaco jegħlbu lil Sturm Graz bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Diatta fis-66 minuta. Fil-partita l-oħra draw ta’ 2-2 bejn PSV Eindhoen u Real Sociedad. Mario Goetze jiftaħ l-iskor għall-Olandiżi fil-31 minuta. Januzaj iġib id-draw għal Real Sociedad 3 minuti wara. L-Ispanjoli fil-vantaġġ b’gowl ta’ Isak fid-39 minuta. Gakpo jġib id-draw għal PSV fil-54 minuta.

Minn Grupp C, draw ta’ 2-2 bejn Leicester City u Napoli. Il-Foxes fil-vantaġġ b’gowl ta’ perez wara 9 minuti logħob. Barnes jagħmilhom 2-0 fl-64 minuta. Osimhen jiskurja għal Napoli fid-69 minuta u l-istess plejer iġib id-draw tliet minuti mit-tmiem. FIl-partita l-oħra li ntlagħbet ilbieraħ, Legia Warsaw għelbu barra minn darhom lil Spartak Moscow bi skor ta’ 1-0.

Minn Grupp D, draw ta’ 1-1 bejn Eintracht Frankfurt u Fenerbache u fil-partita l-oħra, Olympiacos jegħlbu lil Antwerp bi skor ta’ 2-1.

Fost il-partiti li ntlagħbu fis-7.00pm, minn Grupp E, Galatasaray jegħlbu f’darhom lil Lazio bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jasal minn auto goal ta’ Strakosha fis-67 minuta. Mill-istess grupp, draw ta’ 1-1 bejn Lokomotiv Moscow u Marseille.

Minn Grupp F, draw ta’ 1-1 bejn Midtylland u Ludogorets mentri Red Star għelbu għelbu lil Braga bi skor ta’ 2-1.

Minn Grupp G, Bayern leverkusen jegħlbu lil Ferencvaros bi skor ta’ 2-1. Mill-istess grupp, Real Betis jegħlbu lil Celtic bi skor ta’ 2-1.

Minn Grupp H, West Ham jegħlbu lil Dinamo Zagreb barra minn darhom bi skor ta’ 2-0. Michail Antonio jiftaħ l-iskor fit-22 minuta u Declan Risce jirdoppja fil-50 minuta. Mill-istess grupp, Genk ukoll jirbħu barra minn darhom għand Rapid Vienna bi skor ta’ 1-0.

Kellna wkoll diversi partiti mill-UEFA Conference League.

Fost il-partiti, draw ta’ 2-2 bejn Rennes u Tottenham f’partita minn Grupp G. Tottenham fil-vantaġġ wara 11-il minuta minn auto gowl ta’ Loic Bade. Rennes iġibu d-draw minn Flavien Tait fit-23 minuta u jmorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Gaetan Laborde fit-72 minuta. Tottenhem iġibu d-draw b’gowl ta’ Pierre Hoejgberg fids-76 minuta.

U minn Grupp C, Roma jegħlbu lil CSKA Sofia bi skor ta’ 5-1. Il-Bulgari fil-vantaġġ b’gowl ta’ Carey wara 10 minuti logħob. It-tim ta’ Jose Mourinho jiskurja ħames darbiet permezz ta’ Pellegrini, El Sharaway, Pellegrini mill-ġdid, Mancini u Abraham.

Miktub minn...
TVM Sport