Futbol internazzjonali
UEL faċli għal Arsenal.. Napoli jirbħu fi Spanja.. dizappunt għal Roma

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-21:00

Grupp A
CFR Cluj – Young Boys 1-1
Vantaġġ għar-Rumeni tnejn u sittin minuta goal ta’ Mario Rondon, seba’ minuti wara d-draw għall-Izvizzeri minn Christian Fassnacht.

Roma – CSKA Sofia 0-0
Roma attakkaw għal-ħin twil ħolqu diversi azzjonijiet izda ma’ rnexxilhomx isibu x-xibka biex naqa tad-dizappunt għall-Giallorossi u l-kowċ taħt pressjoni tagħhom Fonseca bi draw home kontra tim ferm anqas ikkwotat minnhom.

Grupp B
Arsenal – Dundalk 3-0
Gunners skurjaw zewġ goals fuq xulxin qabel il-mistrieħ fl-Emirates Stadium minn Edward Nketiah u Joseph Willock.
Fit-tieni taqsima għaddew ftit sekondi u Nicolas Pepe għamlhom tlieta għat-tim tal-kowċ Mikel Arteta.

Molde – Rapid Vienna 1-0
Goal tar-rebħa minn Anthony Omoijuanfo.

Grupp Ċ
Nice – Hapoel Beer Sheva 1-0
Nice goal tar-rebħa fit-tlieta u għoxrin minuta minn Amine Gouiri.

Slavia Prague – Bayer Leverkusen 1-0
Goal tar-rebħa għal Slavia tard fil-partita minn Peter Olayinka.

Grupp D
Benfica – Standard Liege 3-0
Vantaġġ minn penalty ta’ Pizzi kmieni fit-tieni taqsima, ftit wara 2-0 ta’ Gian-Luca Waldschmidt, qabel id-doppjeta għal Pizzi kwarta mit-tmiem.

Rangers – Lech Poznan 1-0
Is-solitu Alfredo Morelos f’nofs it-tieni taqsima bil-goal tar-rebħa għat-team tal-manager Steven Gerrard.

Grupp E
Granada – PAOK 0-0
Omonia – PSV 1-2
Vantaġġ bla ħsieb kmieni għal Omonia minn Jordi Gomez minn nofs il-ground qabel in-nofs siegħa logħob, qabel il-mistrieħ u fil-ħin mizjud wara d-disgħin minuta doppjetta ta’ Donyell Malen tagħti rebħa sofferta izda meritata lil PSV fil-kapitali Ċiprijotta.

Grupp F
AZ Alkmaar – Rijeka 4-1
Zewġ goals kmieni għal AZ sal-ewwel għoxrin minuta minn Teun Koopmeiners u Albert Gudmundsson, 3-0 fil-ftuħ tat-tieni taqsima minn Jesper Karlsson, ftit wara Albert Gudmundsson għamilhom erbgħa u għaqqad id-doppjetta personali.

Real Sociedad – Napoli 0-1
Partenopei skurjaw il-goal tar-rebħa ftit qabel is-siegħa logħob b’xutt mill-bogħod ta’ Matteo Politano, ballun imxellef, rebħa tajba fi Spanja għat-tim tal-kowċ Rino Gattuso.

Miktub minn...
TVM Sport
.