Futbol internazzjonali
UEL FILGĦAXIJA ARA L-GOALS – Monaco, Rangers u Olimpiacos javvanzaw ukoll għall-fażi li jmiss

UEFA Europa League – Match Day 5 

Grupp A
Brondby – Olympic Lyon 1-3
Vantaġġ Daniż kontra Lyon diġa kkwalifikati fil-ftuħ ta-tieni taqsima minn Mikael Uhre, Lyon dawru l-partita b’żewġ goals f’disa’ minuti u d-doppjetta taż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena Rayan Cherki.
Olympic Lyon serħu rashom mit-tliet punti b’goal ta’ Islam Slimani.

Rangers – Sparta Prague 2-0
Alfredo Morelos b’doppjetta għaċ-Champions Skoċċiżi u kwalifikazzjoni għat-tim minn Glasgow taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid tagħhom Giovanni Bronckhorst.

Grupp B
Monaco – Real Sociedad 2-1
Kwalifikazzjoni ukoll għal Monaco, Kevin Volland poġġihom fil-vantaġġ, draw għal Sociedad ta’ Alexander Isak, tliet minuti wara Youssouf Fofana reġa poġġa lit-tim ta’ Ligue One fil-vantaġġ.

PSV – Sturm Graz 2-0
Vantaġġ qabel il-mistrieħ minn penalty għal PSV skurjat minn Vinicius, 2-0 ta’ Bruma qabel is-siegħa logħob.

Grupp Ċ
Leicester – Legia Warsaw 3-1
Vantaġġ għal Foxes ta’ Patson Daka fil-ħdax-il minuta, għaxar minuta wara 2-0 b’goal minn James Maddison.
Legia lura minn rebound ta’ penalty minn Filip Mladenovic, vantaġġ doppju lura għall-Ingliżi minn Wilfred Ndidi.

Grupp D
Eintracht Frankfurt – Antwerp 2-2
Vantaġġ Ġermaniż fit-tlettax-il minuta minn Daichi Kamada, għoxrin minuta wara draw Belġjan mill-ex Inter u Roma, Radja Nainggolan, Antwerp ħasbu li skurjaw il-goal tar-rebħa fl-aħħar mumenti mill-attakkant ex Aston Villa, Mbwana Samatta, iżda fil-ħamsa u disgħin minuta Goncalo Paciencia għamel l-iskor 2-2, Eintracht kienu diġa kwalifikati.

Olympiacos – Fenerbahce 1-0
Goal tar-rebħa fid-disgħin minuta minn Tiquinho Soares.

UEFA Conference League
Roma – FK Zorya Luhansk 4-0
Roma kwalifikati, vantaġġ għal GialloRossi mal-kwarta logħob minn Carles Perez, 2-0 ta’ Nicolo Zaniolo qabel doppjetta fit-tieni taqsima minn Tammy Abraham, faċli wisq għal Roma fuq it-tim Ukren.

Miktub minn...
Rodney Vassallo