Futbol lokali
UEL: Għada t-tieni leg tat-Tielet round bejn Valletta u Astana

Iċ-champions Maltin Valletta għada jittantaw l-impossibbli meta jilqgħu lil Astana tal-Każakstan fl-Istadium Nazzjonali fit-tieni leg tal-tielet round tal-UEFA Europa League.

Valletta tilfu l-ewwel leg fil-Każakstan il-ġimgħa l-oħra 5-1 u xejn inqas minn rebħa ta’ erba’ goals mingħajr ma jsofru wieħed ma sservi għal passaġġ għar-round li jmiss.

It-team Belti llejla kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ taħt għajnejn il-coach Darren Abdilla qabel il-konfront diffiċli t’għada.

Valletta sabu ruħhom fl-Europa League wara li eliminaw lil Dudelange tal-Lussemburgu fl-ewwel round taċ-Champions League imma mbagħad inqalgħu mill-Ungeriżi ta’ Ferencvaros fir-round ta’ wara.

Minn jgħaddi bejn Astana jew Valletta jgħaddi għall-play-offs għall-grupp tal-Europa League: fejn imissu mar-rebbieħa bejn Sarajevo tal-Bożjna u BATE Borisov tal-Belarus li wkoll jiltaqgġu fit-tieni leg għada wara li fl-ewwel leg kienu BATE li rebħu 2-1 barra minn darhom.

Valletta – Astana għada fid-9 ta’ filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Balzan Youths u Żurrieq Sunrise komplew jimpressjonaw matul dan l-istaġun hekk kif eliminaw lill-avversarji aktar ikkwotati minnhom  u kkwalifikaw għas-semifinali tal-MAFA Christmas Cup Hekk kif intlagħbu l-kwarti tal-finali ta’ din…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Valletta ………1 Hibernians …1 Valletta u Hibernians jieħdu punt kull wieħed f’partita bilanċjata. Wara 8 minuti logħob il-pass ta’ Bjorn Kristensen u xutt fuq il-ġirja ta’ Dunstan…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Tarxien R……0 Sirens………..3 Sirens li jiksbu 3 punti importanti oħra, biex jibqgħu jiġru wara Floriana u Gzira U., b’rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Tarxien R. Fl-14-il…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Sliema Wds…….2 Birkirkara……….1 Birkirkara kienu deċiżament aħjar fl-ewwel taqsima fejn għal ħinijiet kienu fuq l-attakk u wara seba’ minuti kellhom gowl ta’ Falcone mħassar, bl-istess plejer…

Aktar