Futbol internazzjonali
UEL – Magħrufa t-timijiet li għamluha għall-fażi li jmiss minn Grupp A sa Grupp F

Mil-logħob li ntlagħbu kmieni l-Ħamis filgħaxija mill-UEFA Europa League, ġew deċiżi l-ewwel sitt gruppi, minn A sa F, biex b’hekk diġa’ għandna 12-il tim fil-poloz ta’ nhar it-Tnejn li ġej.

GRUPP A

Slavia Praga 0  Astana 1

Astana spiċċaw it-tieni fi Grupp A u b’hekk għamluha għall-fażi li jmiss meta fil-logħba importanti fl-Eden Arena fi Praga, huma għelbu lil Slavia Praga bl-iskor ta’ 1-0, goal ta’ Anicic fit-38 minuta.

 

Villarreal 0   Maccabi Tel Aviv 1

Telfa għal Villarreal f’darhom bl-iskor ta’ 1-0 kontra Maccabi Tel Aviv, ma nkwetathomx minħabba li huma kienu diġa’ ċerti mill-kwalifikazzjoni. Il-goal ta’ Maccabi wasal minn Blackman mas-siegħa logħob.

 

Klassifika

Villarreal…………………………11

Astana…………………………….10

Slavia Praga……………………..8

Maccabi Tel Aviv………………4

 

GRUPP B

Young Boys 2  Skënderbeu 1

Skënderbeu fallew milli jagħmluha għall-fażi li jmiss meta tilfu bl-iskor ta’ 2-1 fl-Iżvizzera kontra Young Boys. L-Albaniżi marru fil-vantaġġ fil-51 minuta pemrezz ta’ Gavazaj, imma mal-55 minuta Young Boys irrispondew bil-goal tad-draw permezz ta’ Hoarau. Assale, mas-sitt minuta fuq il-ħin regolamentari ta r-rebħa lil Young Boys biex għamilhom 2-1.

 

Dynamo Kiev 3  Partizan Belgrade 1

It-tim Ukren ta’ Dynamo Kiev rebħu Grupp B meta fl-aħħar logħba minn dan il-grupp huma għelbu lil Partizan Belgrade bl-iskor ta’ 3-1. L-Ukreni minn fuq wara biss 6 minuti meta Morozyuk tefa’ l-ballun fix-xibka. Moraes imbagħad irdoppja fit-28 minuta u tliet minuti wara żied wieħed fuq ismu u t-tielet wieħed għal Dynamo biex għamilhom 3-0. Partizan naqqsu d-distakk qabel il-mistrieħ b’goal ta’ Jevtovic mill-11-il metru. Għalkemm dan ir-riżultat ma kienx sodisfaċenti għal Partizan, huma xorta għamluha għall-fażi li jmiss minħabba li Skënderbeu kienu miżmuma draw barra minn darhom fl-Iżvizzera u naqsu milli jieħdu t-tliet punti.

 

Klassifika

Dynamo Kiev……………….13

Partizan Belgrade…………8

Young Boys………………….6

Skënderbeu………………….5

 

GRUPP Ċ

İstanbul Başakşehir 2  Braga 1

It-Torok t’ İstanbul Başakşehir għelbu lil Braga bl-iskor ta’ 2-1, imma xorta waħda ma rnexxilhomx jagħmluha minn Grupp Ċ meta spiċċaw fit-tielet post tal-grupp. It-Torok marru minn fuq wara 10 minuti b’goal ta’ Visca, b’Silva jġib id-draw għal Braga fil-55 minuta. Mas-77 minuta, İstanbul Başakşehir skurjaw il-goal tar-rebħa mill-11-il metru permezz ta’ Belozoglu.

 

Hoffenheim 1  Ludogorets Radzgrad 1

Ludogorets Radzgrad spiċċaw it-tieni fi Grupp Ċ meta ġew draw ma’ Hoffenheim bl-iskor ta’ 1-1. Il-Ġermaniżi minn fuq mal-25 minuta permezz ta’ Ochs, b’Wanderson iġib id-draw għal Ludogorets fit-62 minuta. Ludogorets spiċċaw anke jilagħbu b’għaxra mat-83 minuta meta Keseru tkeċċa għal karta ħamra diretta.

 

Klassifika

Braga…………………………..10

Ludogorets Radzgrad…….9

İstanbul Başakşehir………8

Hoffenheim………………….5

 

GRUPP D

Rijeka 2  Milan 0

Rebħa għal Rijeka f’darhom fl-Ungerija meta għelbu lil Milan tal-Italja bl-iskor ta’ 2-0, rebħa li iżda ma swiet għalxejn għax Rijeka xorta waħda spiċċaw it-tielet fil-grupp. Goals kmieni f’kull taqsima għall-Ungeriżi, l-ewwel minn Puljic wara seba’ minuti, imbgħad minn Gavranovic fis-47 minuta.

 

Austria Vienna 0  AEK Athens 0

Draw fi Vjenna bejn Austria Vienna u AEK Athens kien biżżejjed għall-Griegi sabiex jagħmluha għall-fażi li jmiss wara li spiċċaw it-tieni fi Grupp D. Din il-logħba m’offriet l-ebda goal u għalhekk intemmet 0-0.

 

Klassifika

Milan…………………….11

AEK Athens……………8

Rijeka……………………7

Austria Vienna……….5

 

GRUPP E

Apollon Limassol 0  Everton 3

Everton tal-Ingilterra baqgħu għaddejjin mill-fażi tajba wara li ħadhom f’idejh Sam Allarydce, u llum għelbu lil Apollon Limassol t’André Schembri bl-iskor ta’ 2-0. Doppjetta ta’ Lookman fl-ewwel taqsima, l-ewwel fil-21 imbagħad fis-27 minuta kienu biżżejjed biex it-Toffees ħadu vantaġġ ta’ żewġ goals, bi Vlasic jiskorja t-tielet fis-86 minuta. Imma din ir-rebħa ma swiet għalxejn ħlief li Everton ma jispiċċawx fl-aħħar post tal-grupp.

 

Atalanta 1  Lyon 0

Goal ta’ Petagna wara biss 10 minuti kien biżżejjed biex jagħti r-rebħa lil Atalanta fuq Lyon, biex b’hekk huma spiċċaw rebħu Grupp E u Lyon ta’ Franza spiċċaw it-tieni.

 

Klassifika

Atalanta……………………..14

Lyon…………………………..11

Everton………………………4

Apollon Limassol…………3

 

GRUPP F

Copenhagen 2  Sheriff 0

Rebħa f’darhom għad-Daniżi ta’ Copenhagen kienet tfisser li jkunu huma li jagħmluha għar-round li jmiss u mhux it-tim ta’ Sheriff, għalkemm spiċċaw bl-istess punti fil-grupp. Il-goals waslu f’temp ta’ tliet minuti fit-tieni taqsima, l-ewwel fis-57 minuta b’goal ta’ Sotiriou, u t-tieni mas-siegħa logħob permezz ta’ Luftner. Sheriff spiċċaw b’għaxra meta mal-71 minuta Jairo spiċċa qala’ karta ħamra diretta u huma fallew ukoll iċ-ċans li jnaqqsu d-distakk fit-78 minuta meta Badibanga falla l-penalty mill-11-il metru.

 

Zlín 0  Lokomotiv Moscow 2

Ir-Russi ta’ Lokomotiv Moscow rebħu Grupp F meta għelbu lil Zlín bl-iskor ta’ 2-0. Żewġ goals fit-tieni taqsima, l-ewwel fias-70 minuta permezz ta’ Miranchuk, imbagħad ħames minuti wara Farfan għalaq il-logħba. Qabel ma waslu l-goals Zlín spiċċaw bi plejer inqas meta Gajic spiċċa mkeċċi wara li qala’ żewġ karti sofor f’temp ta’ ħames minuti.

 

Klassifika

Lokomotiv Moscow…..11

Copenhagen……………..9

Sheriff……………………..9

Zlín…………………………2

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Xeni deplorabbli ta’ vjolenza segwew it-tmiem tat-tieni leg tal-Copa Sudamerikana il-bieraħ filgħaxija bejn it-team Arġentin Independiente u t-team Brażiljan ta’ Flamengo. Il-logħba tal-bieraħ intlgħabet fil-Brażil fil-Maracana u ntemmet…

Futbol internazzjonali

Fl-Ingilterra l-bieraħ filgħaxija kompliet is-17 -il ġurnata tal-istaġun 2017/18 bi programm ta’ seba’ logħbiet. L-ikbar rebħa rreġistrawha l-leaders Manchester City hekk kif dawn rebħu 4-0 barra minn darhom kontra Swansea…

Futbol internazzjonali

Zlatan Ibrahimovic, l-ex plejer ta’ Barcelona u llum plejer ta’ Manchester United, qal li fi żmien li kien jilgħab ma’ Barcelona, Pep Guardiola, illum kowċ ta’ Manchester City, kien wera…

Futbol internazzjonali

Il-holders Real Madrid kontra Paris Saint-German, Juventus jiffaċcjaw lil Tottenham, u Chelsea – Barcelona fir-Round tas-16 tal-UEFA Champions League. It-tliet konfronti huma bla dubju l-iktar attraenti li rriżultaw mill-poloz li…

Aktar