Futbol lokali
UEL: Riżultat kiefer ma’ Balzan kontra Neftci

UEFA Europa League 2016/17

L-Ewwel Rd ta’ kwalifikazzjoni. Leg 1

Balzan……………..0

Neftci Baku……..2

Balzan kienu ferm sfortunati li ingħataw penalty kontrihom fl-aħħar ħinijiet meta l-logħba kienet tidher li kieent riesqa lejn skor finali ta’ 1-0 iżda t-2-0 finali huwa riżultat li jagħmilha ferm diffiċli sabiex Balzan idawruħ il-ġimgħa d-dieħela fl-Ażerbajġan fit-tieni leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni.

Neftchi fetħu l-iskor fl-14 -il minuta permezz ta’ freekick dirett ta’ Hajiyev bi żball u responsabilita’ kbira tal-goalkeeper  ta’ Balzan, Ivan Janjusevic. Neftci  komplew jattakkaw u fid-39 minuta, Melnjak, f’pożizzjoni ferm tajba minn taħt il-lasti avversarji żbalja u xxuttja fejn distanti.

Balzan dehru aħjar fit-tieni żiedu r-ritmu tal-logħob u kellhom diversi ċansijiet ta’ skor permezz ta’ Effiong u Kaljevic rispettivament.

L-akbar ċans ta’ skor għal Balzan wasal fil-71 minuta meta Bojan Kaljevic irnexxielu jgħaddi tajjeb iżda l-ballun ma kienx preċiż.

Fit-83 minuta, Neftci ingħħataw penalty mir-referee mill-Montenegro fuq irregolarita’ li qatt ma kien hemm, meta difensur ta’ Balzan kellu kuntatt ma’ Elshan Abdullyev fil-kaxxa. Mill-11 -il metru Gurbanov għamilhom 2-0.

RefereeJovan Kaludjerovic (Montenegro) Attendenza ta’ 357.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kampjonat bov tal-ewwel diviżjoni: ma jintlaqax protest imressaq minn Qormi dwar il-partita mitlufa kontra Qrendi l-ġimgħa li għaddiet. Il-partita kellha oriġinarjament tintlagħab f’Diċembru imma ġiet abbandunata wara kwarta bl-iskor 1-1…

Futbol lokali, Futsal, Sport Lokali

Wara li saru n-nominazzjonijiet mill-assoċċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin, issa saru magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali 2017. Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tagħlaq…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier: ħdax-il player sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ħareġ wara l-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa u għaldaqstant jitilfu l-partiti li jmiss tat-timijiet tagħhom. Dawn kollha weħlu logħba sospensjoni. Alex da…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali

L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tat-Tlieta 16 ta’ Jannar

Aktar