Futbol internazzjonali
UEL – Tottenham jitilfu fil-Belġju.. Milan u Leicester jerġgħu jirbħu

UEFA EUROPA LEAGUE

Grupp Ġ
AEK Athens – Leicester 1-2
Rebħa away għal Leicester City fil-Greċja 2-1 fuq AE Athens.

Penalty ta’ Jamie Vardy tahom il-vantaġġ, Hamza Choudhury għamilhom tnejn qabel goal ta’ knsolazzjoni għall-Griegi skurjat minn Muamer Tankovic.

Zorya – Braga 1-2
Mill-istess grupp Braga għelbu lil Zorya 2-0 barra minn darhom.

Grupp Ħ
Milan – Sparta Praga 3-0
Brahim Diaz fetaħ l-iskor għar-rossoneri fl-erbgħa u għoxrin minuta, ftit wara Zlatan Ibrahimovic ra l-penalty jistampa mal-lasta l-minduda, tieni goal wasal xorta ftit qabel is-siegħa logħob minn Rafael Leao, ftit wara l-ex Manchester United Diogo Dalot.

Lille – Celtic 2-2
Jonathan David falla penalti kmieni għal Lille, biex doppjetta ta’ Mohamed Elyounoussi f’erba’ minuti f’nofs l-ewwel taqsima taw vantaġġ doppju liċ-Champions Skoċċizi.
Lille kisbu d-draw b’goals minn Zeki Celik u Jonathan Ikone fil-ħamsa u sebgħin minuta.

Grupp I
Qarabag – Villarreal 1-3
Sivasspor – Maccabi Tel Aviv 1-2

Grupp J
LASK – Ludogorets 4-3
Royal Antwerp – Tottenham 1-0
Belġjani skurjaw il-goal tar-rebħa fid-disgħa u għoxrin minuta minn Lior Refaelov.

Grupp K
CSKA Moska – Dinamo Zagreb 0-0
Feyenoord – Wolfsberger 1-4

Group L
Red Star – Slovan Liberec 5-1

Gent – Hoffenheim 1-4
Gent tilfu penalti kmieni mogħti minn Roman Yaremchuk, Ġermanizi approfittaw b’erba’ goals minn Ishak Belfodil, Florian Grillitsch qabel ma’ ziedu t-tielet goal lejn it-tmiem minn Mijat Gacinovic, 4-0 ta’ Christoph Baumgartner qabel goal ta’ konsolazzjoni għal Gent skurjat minn Tim Kleindienst, b’din ir-rebħa Hoffenheim baqgħu b’punti massimi f’dan Grupp L.

Miktub minn...
TVM Sport
.