MMA - UFC
UFC 250: Amanda Nunes tirbaħ lil Felicia Spencer bil-punti

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds.

Il-Kanadiża Spencer kienet qed taffronta lilċ-Champion tal-featherweight Nunes din id-darba fi ġlieda għaċ-ċintorin tal-UFC fil-kategorija bantamweight . B’hekk Nunes saret l-ewwel mara fil-UFC li ddefendiet u rebħet żewġ ċintorini f’żewġ kategoriji differenti. Il-Ġlieda kienet parti minn fight card wiesa b’diversi ġlidiet oħra li saru fil-UFC Apex bil-bibien magħluqa.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

Aktar