Futbol internazzjonali
Uffiċjali: Jose Mourinho kowċ ta’ AS Roma mill-istaġun li ġej

Jose Mourinho inħatar kowċ ta’ AS Roma mill-istaġun li ġej.

Ta’ 58 sena, Mourinho se jkun qed jibdel lill-Portugiż ieħor, Paulo Fonseca.

Roma kienu ħabru aktar kmieni li Fonseca ma kienx se jibqa’ jmexxi lit-tim mill-istaġun li ġej.

Mourinho tkeċċa minn Tottenham fid-19 ta’ April li għadda u qal mill-ewwel li mhux se jdum ma jerġa’ jirritorna ma’ xi klabb fl-Ewropa.

Roma kkonfermaw li Mourinho ffirma kuntratt magħhom ta’ tliet snin.

L-aħbar tasal bħalha xi ftit ta’ sorpriża, anki peress li Mourinho kien wieħed minn dawk li beda jissemma li jista’ jieħu post Andre Pirlo ma’ Juventus.

Miktub minn...
TVM Sport