Futbol lokali
Uffiċjali: Iktar minn sagħtejn bejn logħba u oħra tal-Kampjonat BOV Premier… logħba fil-5pm u l-oħra fid-9.15pm

Il-Malta Football Association ikkonfermat li l-kick offs tal-logħbiet tal-kampjonat BOV Premier u dak taċ-Challenge League għall-istaġun 2020/21 se jkunu totalment differenti minn dawk li konna mdorrija għalihom. Illum l-MFA permezz tad-Dipartiment tal-Operations ippublika l-fixtures tal-ewwel tliet Match days tal-Kampjonat BOV Premier u l-ewwel żewġ Match days taċ-Challenge League. Il-Fixtures tal-Premier se jkunu fil-5pm bit-tieni logħba fl-istess Stadium tintlgħab fid-9.15pm għalhekk se jkunu hemm iktar minn sagħtejn mit-tmiem l-ewwel logħba għat-tieni logħba. TVM Sport jifhem li din id-deċiżjoni hi bbażata fuq waħda mir-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-protokol mediku tal-MFA speċifikament sabiex bejn logħba u oħra jsir it-tindif u d-diżinfettar tal-post kollu inkluż id-dressing rooms li jużaw kemm il-players u anke r-referees kif ukoll il-VIP area fejn se jkunu qed jitħallew jaraw il-logħba numru limitat ta’ nies fosthom kowċis, membri tal-kumitati tat-teams involuti fil-logħba.

Il-Fixtures tal-Kampjonat BOV Premier tal-ewwel 3 Match days huma dawn:

Match Day 1

Is-Sibt 19/Sett/2020 17:00 Centenary Stadium – Zejtun Corinthians vs Santa Lucia
Is-Sibt  19/Sett/2020 21:15 Centenary Stadium – Mosta vs Gudja United
Il-Ħadd 20/Sett/2020 17:00 Centenary Stadium – Lija Athletic vs Senglea Athletic
Il-Ħadd  20/Sett/2020 21:15 Centenary Stadium – Sliema Wanderers vs Hibernians
Il-Ħadd  20/Sett/2020 17:00 National Stadium – Tarxien Rainbows vs Balzan
Il-Ħadd  20/Sett/2020 21:15 National Stadium – Floriana vs Gzira United
It-Tnejn 21/Sett/2020 17:00 National Stadium – Hamrun Spartans vs Sirens
It-Tnejn 21/Sett/2020 21:15 National Stadium – Valletta vs Birkirkara

Match Day 2
Il-Ġimgħa 25/Sett/2020 17:00 Centenary Stadium – Senglea Athletic vs Zejtun Corinthians
Il-Ġimgħa 25/Sett/2020 21:15 Centenary Stadium – Sirens vs Sliema Wanderers
Is-Sibt  26/Sett/2020 17:00 Centenary Stadium – Birkirkara vs Mosta
Is-Sibt  26/Sett/2020 21:15 Centenary Stadium – Gzira United vs Tarxien Rainbows
Is-Sibt  26/Sett/2020 17:00 National Stadium – Gudja United vs Lija Athletic
Is-Sibt  26/Sett/2020 21:15 National Stadium – Balzan vs Valletta
Il-Ħadd  27/Sett/2020 17:00 National Stadium – Santa Lucia vs Hamrun Spartans
Il-Ħadd  27/Sett/2020 21:15 National Stadium – Hibernians vs Floriana

Match Day 3
L-Erbgħa 30/Sett/2020 17:00 Centenary Stadium – Lija Athletic vs Birkirkara
L-Erbgħ 30/Sett/2020 21:15 Centenary Stadium – Hamrun Spartans vs Senglea Athletic
L-Erbgħ 30/Sett/2020 17:00 National Stadium – Tarxien Rainbows vs Hibernians
L-Erbgħ 30/Sett/2020 21:15 National Stadium – Valletta vs Gzira United
Il-Ħamis 01/Ott/2020 17:00 Centenary Stadium – Floriana vs Sirens
Il-Ħamis 01/Ott/2020 21:15 Centenary Stadium – Sliema Wanderers vs Santa Lucia
Il-Ħamis 01/Ott/2020 17:00 National Stadium – Mosta vs Balzan
Il-Ħamis 01/Ott/2020 21:15 National Stadium – Zejtun Corinthians vs Gudja United

Miktub minn...
TVM Sport
.