
Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong, ftit tal-minuti ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans.
Jidher li bejn Hibernians u Hamrun Spartans intlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra tat-trasferiment proprju fl-10.15 am meta kien hemm “l-ok” tal-President Tony Bezzina u l-Kumitat Pawlist.
Dan il-ftehim intlaħaq wara t-tielet laqgħa uffiċjali bejn iż-żewġ klabbs.
Hamrun Spartans kienu ilhom li laħqu ftehim mal-plejer għal dawn l-aħħar ġimgħatejn, madankollu, n-neogzjati bejn il-klabbs dwar it-transfer ħadu xi ftit tal-tul aktar milli mistenni.
Jidher li l-ewwel żewġ offerti ma kienux issodisfaw lill-klabb Pawlist.
Iżda l-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli, baqa’ jinsisti li jrid lill-plejer akkost ta’ kollox, tant li ddeċieda li jħallas ċifra deskritta, ‘bombastika’, għall-plejer.
Mbong se jkun qed jiffirma ħames snin kuntratt ma’ Hamrun Spartans fil-jiem li ġejjin.
Dan hu t-tieni akkwist ta’ żagħżugħ Maltin internazzjonali għal Hamrun Spartans fi ftit ġimgħat, wara dak ta’ Juan Corbolan mingħand Gżira United.
It-tielet kolp b’saħħtu ta’ Portelli jista’ jkun Matthew Guillaumier ta’ Birkirkara jekk tintlaħaq liċ-ċifra mitluba.
Jidher ukoll li Hamrun Spartans interessati fiż-żagħżugħ ta’ Sliema Wanderers, Kurt Shaw. Mhux eskluż li dan it-transfer jingħalaq ukoll fil-jiem li ġejjin.