International Sports
Uffiċjali: L-Olimpjadi 2020 ta’ Tokjo jitmexxew għall-2021

L-Olimpjadi 2020 li kellhom jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej f’Tokjo, issa mxew għall-2021.

Iktar kmieni, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe kien għamel din it-talba lil Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Il-Ministru Olimpiku tal-Ġappun kienet qalet ukoll qalet li biex l-Olimpjadi jibdew u jsiru b’mod normali hemm bżonn li d-dinja twaqqaf l-imxija tal-coronavirus.

Seiko Hashimoto kienet qalet li qed tistenna lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jisma’ l-karba tal-atleti minn madwar id-dinja li se jkunu qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kellu laqgħa ta’ emerġenza l-Ħadd li għadda li fih iddiskuta l-possibbiltà li l-Olimpjadi jiġu posposti għas-sajf li ġej.

Il-Gvern Ġappuniż u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ffaċċjaw pressjoni kbira fl-aħħar jiem minn diversi atleti minn madwar id-dinja biex il-Logħb ma jibdewx fl-24 ta’ Lulju li ġej kif kien skedat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

MMA - UFC

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds. Il-Kanadiża Spencer kienet…

Aktar