International Sports
Uffiċjali: Magħrufa l-erba’ atleti Maltin li se jirrapreżentaw lil Malta fil-European Games ta’ Minsk

Se jkunu erba’ atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lill-Malta fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew li se jsiru f’Minsk il-Belarus bejn il-21 u t-30 ta’ Ġunju.

TVM Sport jinsab infurmat li l-Kumitat Olimpiku Malti se jkollu lil Ivan Balzan bħala Chef de Mission li se jkun qed jieħu ħsieb l-erba’ atleti li se jkunu: Mikaela Galea (Trap), Eleanor Bezzina (25m Air Pistol), Jeremy Saywell (Judo) u l-Malti Awstraljan Alexander James Smyth (Ċikliżmu). Kull atleta se jkun akumpanjat minn kowċ bl-eċċezzjoni ta’ Bezzina.

Galea u Bezzina se jkunu qed jipparteċipaw wara li kkwalifikaw għall-events rispettivi tagħhom.

TVM Sport jifhem li se tkun Eleanor Bezzina li se tkun qed iġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-European Games Minsk 2019 li se ssir fl-Istadium ta’ Dinamo.

B’kollox hu stmat li se jkunu 50 pajjiż li se jieħdu sehem bi kważi erbat elef atleta.

Alexander James Smyth iċ-ċiklista Malti – Awstraljan

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar